AD – Kandidati elezzjoni generali

Gheziez membri, sostenituri, u hbieb

Bhal ma tafu l-elezzjoni generali waslet – id-data ezatta hadd ma jafha, izda li huwa zgur li minn jum ghall-iehor tista’ tithabbar id-data habta u sabta.

Ghaldaqstant minbarra preparamenti bhall-manifest elettorali, d-disinn mill-gdid tal-website taghna u diversi preparamenti ohra qed niffinalizzaw il-lista ta’ kandidati taghna ghall-elezzjoni generali.

Persuni li ghandhom interess li jikkontestaw, u li mill-kliem lesti li jghaddu ghall-fatti, jew li jridu jiddiskutu maghna kandidatura f’isem AD ghandhom jikkuntatjawni, preferibbilment permezz tal-email fuq ralph.cassar@alternattiva.org.mt jew info@alternattiva.org.mt. Min jippreferi jista’ jibghatli messagg privat fuq www.facebook.com/alternattiva jew fuq il-profil tieghi.

 

Tislijiet,

Ralph Cassar
Segretarju Generali
Alternattiva Demokratika – The Green Party

FacebookEmail