Malta marida għandha bżonn membri parlamentari f’isem ADPD

Malta ttieklet minn ġewwa minħabba l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Dan ma kienx aktar evidenti mill-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia aktar minn 100 xahar ilu. Għal darboħra rappreżentanti ta’ ADPD se jkunu preżenti waqt il-velja li tiġi organizzata kull xahar biex tfakkar il-grajja ta’ din it-tebgħa sewda kbira għad-demokrazija ta’ pajjiżna. 

Il-PRO ta’ ADPD u kandidat fuq it-3 u 4 distrett iddikkjara li biex verament tinbidel il-kultura li tippremja il-Mafja, għandom jitwettqu numru ta’ inizjattivi fosthom:

  • Jiġu implementati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-kummissjoni ta’ inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia;
  • Titwaqqaf inkjesta b’esperti lokali u internazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi ‘long term’ li daħal fihom il-Gvern wara l-2013, fosthom dawk ta’ l-Electrogas u l-Vitals; 
  • Tieqaf l-iskema ta’ bejgħ tal-passaporti li dwarha ma naqblux fil-prinċipju; 
  • Titwaqqaf National Crime Agency sabiex tinvestiga l-kriminalita organizzata, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni fil-politika fost l-oħrajn. 
  • Titwaqqaf skema ta’ whistleblower protection fil-Planning Authority sabiex jiġu investigati każijiet ta’ korruzzjoni politika u/jew abbuż ta’ poter fl-għoti tal-permessi ta’ żvilupp;
  • Jiżdiedu b’mod sostanzjali r-riżorsi mogħtija għal investigazzjonijiet eżistenti fi ħdan il-Pulizija dwar korruzzjoni politika u ħasil ta’ flus.
  • Ikun indirizzat il-kunflitt ta’ interess ta’ membri Parlamentari li waqt li jservu fil-Kamra jipprattika professjonijiet jew jagħmlu xogħol li jikkunfliġġi mar-responsabbiltajiet tagħhom: il-Membri tal-Parlament għandhom ikunu full-time.

“Malta marida għandha bżonn membri parlamentari f’isem ADPD. Hemm bżonn li biex verament tibda tissaħħah il-kultura tas-saltna tad-dritt jiġu eletti membri parlamentari f’isem ADPD,” sostna Decelis.

***

A sick Malta needs ADPD MPs

Corruption and organised crime have slowly infiltrated Malta.  This was clear when we witnessed the assassination of Daphne Caruana Galizia more than 100 months ago.  Once again, representatives from ADPD – The Green Party will be present today during a monthly vigil to remember this sad day in the history of democracy in Malta. 

Brian Decelis, ADPD PRO and candidate for the third and fourth districts, said that the culture of impunity in Malta must change, and the following initiatives must be adopted:

  • To fully implement the recommendations of the public inquiry into the assassination of journalist Daphne Caruana Galizia;
  • To call for an inquest into the ‘long-term’ public contracts that were signed by the government after 2013, including the Electrogas and Vitals contracts; this inquest should include both local and international experts. 
  • To terminate any scheme that promotes the sale of Maltese passports
  • To establish a National Crime Agency to investigate organised crime, money laundering, and corruption in politics, amongst other issues
  • To establish a whistleblower protection programme in the Planning Authority to investigate cases of political corruption and/or abuse of power in the issuing of development permits
  • To increase the resources allocated for current cases of political corruption and money laundering currently being handled by the police. 
  • To address the conflict of interest that Parliamentary members may have while in the House and engaging in their profession or other work that may conflict with their responsibilities, being a member of Parliament should be a full-time role.   

“A sick Malta needs ADPD members of parliament. There is a need to truly strengthen the rule of law by electing members of parliament from the Green Party”, concluded Decelis.

FacebookEmail