Mozzjoni mill-Eżekuttiv ta’ ADPD-The Green Party

F’laqgħa li saret illum, 2 ta’ Novembru 2025, wara nofsinar l-eżekuttiv tal-ADPD approva b’mod unanimu din il-mozzjoni:

Dan l-Eżekuttiv,
1. wara li sar jaf li is-Segretarju Ġenerali, Ralph Cassar, ġie sospiż mix-xogħol in konnessjoni ma’ akkużi dwar fastidju sesswali u imġieba mhux korretta, ma’ student tiegħu
2. innota li hu jiċħad dawn l-akkużi, u li offra li jissospendi ruħu mill-ħidma fil-partit b’effett immedjat,
3. jidhirlu li l-akkużi huma gravi u jirrikjedu li sakemm ikun hemm deċiżjoni ċara fil-proċeduri dixxiplinari, mhux prudenti li Cassar jibqa’ attiv fil-Partit inkluż fir-rappreżentanża tiegħu.

Għaldaqstant, wara li ħa nota taċ-ċirkustanzi kollha magħrufa s’issa tal-kaz, jiddeċiedi li:
1. b’effett immedjat jilqa’ l-offerta ta’ Cassar u jissospendieh minn Segretarju Ġenerali tal-Partit,
2. sakemm jinqata’ l-kaz Cassar ma jibqax jirrappreżenta lill-partit bħala Kunsillier ġewwa Ħ’Attard

Sussegwentement ħatar lil Carmel Cacopardo bħala Aġent Segretarju Ġenerali.

FacebookEmail