ADPD isejjaħ għal rispett lejn il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

Meta indirizzat konferenza stampa quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li qed iservi ukoll ta’ mafkar għal Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta dalgħodu, iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party, Sandra Gauci fakkret kif din il-ġimgħa kompla għaddej il-ġuri ta’ dawk akkużati li għamlu l-bomba li biha nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Hija qalet li kull dettal huwa żgur ta’ weġgħa għall-familjari tagħha li minn hawn nestendu s-solidarjetà kollha tagħna bħala ADPD – The Green Party u nibqgħu naħdmu u nsemmgħu leħinna biex il-qtil politiku tas-sinjura Caruana Galizia jissolva b’dawk responsabbli jieħdu dak li ħaqqhom. Żgur ma rridux li jkun hemm min jaħrab mill-ġustizzja bħalma spiċċaw dawk responsabbli għall-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana. Ma nistgħux fl-2025 ikollna t-tielet vittma li tibqa’ bla ġustizzja. Diġà kważi għaddew tmien snin.

Hemm il-mezzi xjentifiċi u forensiċi kollha li 40 sena ilu konna noħolmuhom. Li żgur ma hemmx hi r-rieda min-naħa tal-awtoritajiet li dan il-każ effettivament jissolva u nsiru nafu il-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Infatti r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-inkjesta pubblika tal-2021 għadhom qas biss twettqu. L-ebda waħda minnhom. Is-sens ta’ impunità li din in-nuqqas ta’ ħeġġa biex jitwettqu dawn ir-rakkomandazzjonijiet juri kemm hemm min għandu x’jitlef u x’jaħbi.

Huwa assurd li l-mafkar li ddeċidew li jiddedikawlha faċċata tal-qorti jispiċċa kull darba jiġi vvandalizzat. Jekk il-vittma anke mejta għadha ddejjaqkom ovvja li xi ħaġa ħażina hemm. Suppost “ħlistu” minnha. Imma huwa simboliku kif il-monument tal-Assedju l-Kbir jirrappreżenta perfettament l-assedju li Malta għaddejja minnu. Imma din id-darba mhux mill-Ottomani fi żmien mbiegħed ħafna: imma minn Maltin bħalna li orkestraw b’mod makakk serqa storika mil-kaxxa ta’ Malta.

L-uniku xkiel kienet Daphne Caruana Galizia. L-assassinju tal-karattru anke wara mewtha għadu għaddej u dan juri kemm dak li tirrappreżenta għadu b’saħħtu. Telqet hi u ħafna oħra ddeċidew li jkomplu l-battalja tagħha. Ejja nkunu umani u rispettużi fil-kummenti tagħna f’ġieh il-familjari tagħha. Jekk m’intomx kapaċi tgħidu xejn tajjeb tgħidu xejn.

***

Greens call for the honouring of the memory of Daphne Caruana Galizia

Whilst addressing a press conference this morning in front of the Great Siege Monument in Valletta, which is serving as a memorial for Daphne Caruana Galizia,  the Chairperson of ADPD – The Green Party Sandra Gauci reflected on what occurred this week during the court case concerning the assassinated journalist Daphne Caruana Galizia.

Gauci said that “every single detail that emerges in this case inflicts pain on the family of Daphne Caruana Galizia, and as ADPD-The Green Party we would like to show solidarity, working and raising our voice so that the political assassination of Mrs Caruana Galizia is solved and those responsible get the justice they deserve, unlike those who were responsible for the deaths of Karin Grech and Caruana. We are now in 2025, and we can no longer have those responsible evade justice.  Nearly eight years have passed since Daphne Caruana Galizia was murdered, and we need to see justice be done.

Today we have access to forensic science which was only a dream 40 years ago.  What we surely lack is the goodwill from the authorities concerned to find out the truth about the assassination of Daphne Caruana Galizia. In fact, the recommendations presented in the public inquiry of 2021 have not been implemented, not a single one.  The sense of impunity, in addition to the lack of will to implement these recommendations, means that there is much at stake and people stand to lose.

It is absurd to see that a memorial dedicated to her, opposite the Maltese Law Courts, is being vandalised.  If the victim, even in death, is still bothering you, it means that there is something wrong. Supposedly, you ‘eliminated’ her.  But what is indeed symbolic is that the Great Siege Monument perfectly represents the siege that Malta is currently experiencing. This time round, it is not being besieged by the Ottomans, centuries ago, but by Maltese like us who orchestrated a historical devious heist from the Maltese Treasury.

The only obstacle here was Daphne Caruana Galizia. The character assassination after her death is ongoing and this shows us that what she stood for is still strongly felt.  She is no longer with us, yet many others have decided to continue the fight.  Let us be considerate with our comments as a sign of respect to her family.  If you are not able to say something constructive, then please remain silent.

FacebookEmail