Alternattiva Demokratika – The Green Party’s Chairperson Carmel Cacopardo has asked the Commissioner for Standards in Public Life to investigate former PM Joseph Muscat, former Minister and MP, Konrad Mizzi, the Malta Tourism Authority (MTA) Chairman Gavin Gulia and Johann Buttigieg (MTA CEO) in view of the consultancy awarded to Konrad Mizzi by the MTA only a few days after he had to resign from Minister because of his conduct.
Carmel Cacopardo said: “Joseph Muscat should be investigated because when the contract was awarded there was no tourism minister and Muscat was directly responsible for the ministry. Johann Buttigieg signed the contract, when Mizzi had just resigned because of his involvement in the Panama Papers scandal. The scandal and Mizzi’s involvement in it caused harm to the country. Those involved in such scandals should not be rewarded; Konrad Mizzi should disappear from the public scene.”
“Gavin Gulia should be investigated because he is MTA’s Chairman. The investigation should also establish whether Konrad Mizzi put pressure on officials to be awarded a consultancy, which officials were his ‘dependents’ as a Tourism Minister a few days earlier.”
***
Min iddeċieda li jagħti konsulenza lil Konrad Mizzi?
Iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo talab lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jinvestiga l-imġieba ta’ Joseph Muscat (ex-Prim Ministru), Konrad Mizzi (ex-Ministru u Membru Parlamentari), Gavin Gulia (Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu) u Johann Buttigieg (CEO tal-Awtorità tat-Turiżmu) fid-dawl ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ konsulenza mal-Awtorità tat-Turiżmu ftit jiem biss wara li Konrad Mizzi kellu jirriżenja minn Ministru minħabba l-imġieba tiegħu.
Carmel Cacopardo qal: “Għandu jkun investigat Joseph Muscat għax fil-mument tal-għoti tal-kuntratt tal-konsulenza ma kienx hemm Ministru tat-Turiżmu fil-ħatra u allura Muscat kien unikament responsabbli. Min-naħa l-oħra Johann Buttigieg iffirma l-kuntratt meta kien magħruf minn kulħadd li Mizzi kien irriżenja biex jerfa’ r-responsabbiltà politika għat-taħwid li hawn fil-pajjiż in parti kaġunat mill-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama Papers. Min jiżbalja ma jkunx ippremjat imma jmur jistaħba.”
“Gavin Gulia għandu jkun investigat ukoll għax huwa Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu. Għandu jkun stabilit ukoll xi pressjoni eżerċita Konrad Mizzi biex ingħatat din il-konsulenza minn dawk li sa ftit ilu kienu ‘dipendenti tiegħu’”.