Vantaġġ politiku fil-liġijiet tal-kera – u l-poplu jħallas

Il-Qorti Kostituzzjonali illum għadha kemm waslet għall-konklużjoni li l-bini fejn illum jinsab il-każin tal-Partit Laburista fil-Belt Valletta ilu jinkera għal iktar minn sebgħin sena b’kera baxxa wisq. Il-Qorti ma kellhiex għażla ħlief li tordna lill-istat sabiex jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas, u jħallas lis-sidien tal-propjetà aktar minn kwart ta’ miljun Euro f’danni. 

L-uffiċjal u kelliem għal ADPD-The Green Party, Mark Zerafa qal:”Il-PL u l-PN matul is-snin dejjem qagħdu lura milli joħolqu liġijiet xierqa sabiex sitwazzjonijiet anomali bħal din  jiġu evitati. In partikolari meta saret ir-rifiorma tal-ligijiet tal-kera thallew barra l-każini tal-partiti politici. 

“ADPD-The Green Party jistaqsi b’liema loġika tista’ qatt tiġġustifika u targumenta li għandu jkun il-poplu kollu li jġorr dan il-piż?  Dan ir-rimedju mhux biss jagħti vantaġġ politiku inġust lil partit partikolari, imma jwassal ukoll għal użu mhux xieraq ta’ fondi pubbliċi. Il-fondi pubblici  għandhom jintużaw bil-ħsieb, bil-għaqal u fuq kollox b’mod ġust. Insejħu għal bidla urgenti fil-liġi sabiex il-każini tal-partiti politici ma jibqgħux b’kera protetta.”

FacebookEmail