Already contradicting their own brand new policies
Commenting on the Nationalist Party’s reaction to their MP’s Toni Bezzina’s ODZ villa planning application, AD Deputy Chairperson Carmel Cacopardo said:”Toni Bezzina ought to resign or be removed from PN spokesperson on Agriculture”.
“The Honourable Toni Bezzina applied for a development permit to further develop existing rooms in an ODZ zone, increasing the development in such a way as to end up with his own ODZ villa (PA7854/16). This casts doubt on how much Toni Bezzina, one of the authors of the recently published PN environmental document, actually believes in the content and declarations in this document.”
“The Leader of his party is making a political error of judgement when he declared that Bezzina is not in the wrong. What is the value of policy declarations if those promising to implement their policy proposals do not even pause to think before going against those same proposals? Is the PN leader saying that his party’s policy declarations are not worth the paper they are printed on?”, concluded Cacopardo.
—
Jikkontradixxu l-politika tagħhom stess qabel biss tinxef l-inka.
Toni Bezzina messu jirreżenja jew jitneħħa minn kelliemi tal-PN għall-Agrikultura. Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’
Alternattiva Demokratika meta ikkummenta dwar ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-kaz Toni Bezzina. “L-Onorevoli Toni Bezzina applika biex ma xi ikmamar eżistenti barra miż-żona ta’ żvilupp (PA7854/16) iżid binja b’mod li joħloq villa ODZ. Dan jitfa’ dubju kbir fuq kemm Toni Bezzina, wieħed mill-awturi tad-dokument ambjentali li PN ippubblika riċentment jemmen dak li kiteb f’dan id-dokument.”
“Huwa dan l-iżball politiku li l-Kap tal-Oppożizzjoni naqas li jindirizza meta qal li fil-fehma tiegħu Bezzina ma għamel xejn ħażin.”
“Dan il-fatt”, ikkonkluda Cacopardo, “iwassal lil Alternattiva Demokratika biex tistaqsi dwar kemm għandhom valur id-dikjarazzjoijiet politiċI tal-Partit Nazzjonalista jekk min jiktibhom ma jaħsibhiex darbtejn biex jinjorhom qabel ma tkun biss nixfet l-inka.”