Alternattiva Demokratika Chairperson Arnold Cassola and Deputy Chairperson Carmel Cacopardo visited the Smart Light Systems production company Sicons Opto Products at the Technopark in Mosta.
Prof. Cassola said: “Smart Light Systems, which is a leading producer of LED lighting, is a living example of smart investment in the Maltese economy. In fact, the company is producing lighting systems which are energy saving. Alternattiva Demokratika is proud that, through the work of its local councillor Ralph Cassar, it introduced LED-lit street signage using solar energy at a pedestrian crossing in Attard. Today, various local councils are making use of this energy saving technology.
“Smart Light systems is also a model of job creation which should be followed by Maltese SMEs. In fact, the company started off with only three employees a few years ago. Today the company employs 23 employees, of whom 20 are female. Three females and three males form part of the management. Certainly, gender parity is more than prominent in this company. Moreover, the small company has developed into a reliable producer of lights for internationally renowned companies.”
…
Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Chairperson Arnold Cassola u d-Deputat Chairperson Carmel Cacopardo żaru l-kumpanija Smart Light Systems Sicons Opto Products fit-Technopark il-Mosta.
Prof. Cassola qal: “Smart Light Systems, li hija wahda mill-produtturi ewlenin tad-dwal LED, hija eżempju ħaj ta’ investiment bil-għaqal u intelliġenti fl-ekonomija Maltija. Fil-fatt, il-kumpanija qed tipproduci sistemi ta’ dwal li jiffrankaw l-enerġija. Alternattiva Demokratika hija kburija li, permezz tal-ħidma tal-kunsillier lokali tagħha Ralph Cassar, introduċiet sistema ta’ sinjali bid-dwal LED li jużaw enerġija mix-xemx f’waħda mit-toroq fejn jaqsmu n-nies ġewwa Ħ’Attard. Illum, bosta kunsilli lokali qed jagħmlu uzu minn din it-teknoloġija li tiffranka l-enerġija.
“Smart Light systems hija wkoll mudell ta’ ħolqien ta’ xogħol li tajjeb ikun segwit minn kumpaniji oħra żgħar Maltin. Fil-fatt il-kumpanija bdiet bi tliet impjegati ftit tas-snin ilu u llum tħaddem 23 ruħ, 20 minnhom nisa. Tliet nisa u tliet irġiel jinstabu fil-management. Ċertament l-ugwaljanza bejn is-sessi f’din il-kumpanija tingħata prominenza. Barra minn hekk, din il-kumpanija oriġinarjament żgħira żviluppat b’tali mod li llum qegħda tipproduċi dwal għal kumpaniji kbar internazzjonali.”