Sejħa għal kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2014


Alternattiva Demokratika qed tiftaħ sejħa għal dawk interessati jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju 2014.

Dawk interessati għandhom jibgħatu CV u ittra li tispjega l-motivazzjoni tagħhom biex jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem AD.

L-ittra u s-CV għandhom jintbgħatu bl-email lili fuq ralph.cassar@alternattiva.org.mt sal-15 ta’ Settembru 2013. Meta jagħlaq iż-żmien isiru laqgħat ma’ dawk interessati individwalment, bl-Eżekuttiv jirrakomanda numru ta’ kandidati għall-approvazzjoni ta’ laqgħa ġenerali straordinarja li tissejjaħ apposta fiż-żmien propizju. 

 

Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali
Alternattiva Demokratika – The Green Party

FacebookEmail