Il-konferma tal-Prim Ministru, li bla mistħija ta’ xejn qal li l-istrutturi illegali li ġarrbu ħsara miċ-Ċiklun Harry se jkunu ssussidjati permezz ta’ fondi pubbliċi hija irresponsabbli u insult lil kull wieħed u waħda minna. Din id-deċiżjoni tkompli tikkonferma n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni totali tal-Prim Ministru Robert Abela għall-prinċipji ta’ governanza tajba u tal-ġustizzja. Robert Abela jagħżel li jippremja snin ta’ abbuż u qiegħed għal darba oħra jibgħat messaġġ ċar lil min jikser ir-regolamenti u liġijiet tal-ippjanar fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jserrħu fuq it-taxxi tan-nies onesti biex jagħmlu tajjeb għall-abbużi tagħhom. Din m’hi xejn ħlief ripetizzjoni tal-amnestiji dwar il-ksur tar-regolamenti tal-ippjanar li ngħataw matul is-snin. Din id-darba taparsi bħala “għajnuna” lin-nies minħabba ċ-Ċiklun Harry.
Anke l-implikazzjonijiet ambjentali huma allarmanti. Il-kostruzzjoni illegali kkontribwiet għad-degradazzjoni ambjentali u żiedet il-vulnerabbiltà għal temp estrem. In-nuqqas ta’ ppjanar u investiment xierqa fl-infrastruttura tal-mitigazzjoni tal-klima ukoll wasslet biex iżżid dil-vulnerabbilità. Is-sussidju tal-ħsara għal strutturi illegali jinkoraġġixxi aktar żvilupp illegali u jkompli jinnormalizza l-illegalità.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci temmet tgħid: “Fejn huma l-pjanijiet tal-gvern biex itaffi l-effetti tal-bidla fil-klima? X’inhuma l-istimi tal-gvern tal-infiq fit-tul meħtieġ biex jittaffew dawn l-effetti? Robert Abela jagħżel l-illegalità minflok l-ippjanar xieraq.”
***
Robert Abela chooses illegality instead of proper planning
The Prime Minister’s confirmation that illegal structures damaged by Storm Harry will be subsidised through public funds is deeply irresponsible and fundamentally unjust. This decision further confirms Prime Minister Robert Abela’s total disregard for the tenets of good governance and fairness. Robert Abela chooses to reward years of abuse and sends a clear message that those who break planning regulations can ultimately rely on taxpayers to absorb the consequences. It is a repeat of the amnesties on planning regulation breaches dished out over the years. This time under the guise of ‘helping’ people.
The environmental implications are equally alarming. Illegal construction has contributed to environmental degradation and increased vulnerability to extreme weather. Lack of proper planning and investment in climate mitigation infrastructure is also a huge issue. Subsidising the damage to illegal structures encourages further reckless development and normalises illegality.
ADPD-The Green Party Chairperson Sandra Gauci concluded: ”Where are government plans to mitigate the effects of climate change? What are government estimates of long term spending necessary to mitigate these effects? Robert Abela chooses illegality instead of proper planning.”

