Referendum biex tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa – daqt naslu!

Bħalissa qed jinġabru l-firem biex isir l-ewwel referendum abrogattiv dwar il-kaċca fir-rebbiegħa. Twaqqfet koalizzjoni magħmula minn Alternattiva Demokratika u tlettax-il għaqda ambjentali. Il-proposta f’dan il-każ hi li jitħassru regolamenti li jippermettu din it-tip ta’ kaċċa. Kif tħabbar, s’issa inġabru 30,000 firma. Jiġifieri jonqos madwar 5,000 firma oħra.

Daqt naslu. Jekk int tidher fuq ir-reġistru elettorali, iġifieri int votant li tista’ tivvota fl-elezzjoni ġenerali, tista’ tiffirma l-petizzjoni. Importanti li l-indirizz ikun dak li qiegħed fir-reġistru elettorali, li jekk ghandek karta tal-identita ‘up to date’ ikun dak li jidher ukoll fuq l-ID tiegħek.

La darba jinġabru n-numru ta’ firem meħtieġa jkollu, irid jew ma jridx il-Gvern jew il-Parlament, jissejjaħ referendum.

Agħmel il-parti tiegħek. Niżżel il- Formola Referendum, iffirma, dawwar ma sħabek biex jiffirmaw huma wkoll u ibgħatha lil: Alternattiva Demokratika, PO Box 38, Marsa.

Inħaddmu d-demokrazija diretta. Il-firma tiegħek TAGĦMEL id-differenza.

 

Grazzi tal-appoġġ,

Ralph Cassar

Segretarju Ġenerali

 

Formola Referendum

FacebookEmail