Dak li ġara fil-pjazza tar-Rabat Għawdex, fejn l-imwejjed u s-siġġijiet għadhom jimblukkaw il-pjazza għan-nies u anke għal vetturi ta’ emerġenza, juri mhux biss kemm sirna insensittivi lejn ħaddieħor imma fuq kollox kemm l-awtoritajiet huma rresponsabbli. Kulma jgħodd huma l-flus u tagħmilhom akkost ta’ kollox. Ma hemm ebda awtorità li tipproteġi lill-batut. Għax minkejja li jafu bl-abbuż jibqgħu b’għajnejhom magħluqin. F’dan il-każ kien raġel anzjan li sofra attakk ta’ qalb. Meta se tittieħed deċizjoni mill-awtoritajiet fuq dak li qed jiġri? In-negozju hu aktar importanti mill-ħajja tan-nies?
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet:”L-istess ħaġa rajniha l-Belt fejn ambulanza għal darba, tnejn, tlieta, ma setgħetx tgħaddi biex tgħin min kien fil-bżonn. Fi żmien fejn kulħadd mar jippoża l-funeral tal-Papa naħseb li din l-ipokrizija kienet tqażżu. Bejn hajtek u l-flus l-għażla diġà saret, u l-flus akkost ta’ kollox hu l-messaġġ li qed jagħtu l-Ministri u l-awtoritajiet. Agħmlu li tridu u iksru d-drittijiet ta’ ħaddieħor l-aqwa li taqilgħu lira. Pjazza San Ġorġ ir-Rabat Għawdex – fejn l-egoiżmu jirrenja bil-barka tal-Ministri. Istħu!”