Carmel Cacopardo AD Chairperson and Mario Mallia Deputy Chairperson yesterday presented an objection to an application for an ODZ development in Żabbar in order to open a new McDonalds outlet (PA11060/17).
This ODZ application, Cacopardo and Mallia insisted, should not be approved as it runs contrary to the provisions of the South Local Plan for Rural Settlements (Category 1):
- No catering establishments are permissible in these settlements,
- Not more than 25 metres from elevation can be developed,
- The existing footprint of building on site should not be exceeded.
Alternattiva Demokratika – The Green Party thus joins forces with the Żabbar Local Council and environmental NGOs in opposing this application.
***
McDonalds mhux postu f’Ħaż-Żabbar
Carmel Cacopardo Chairperson u Mario Mallia Deputat Chairperson ‘il bieraħ ippreżentaw oġġezzjoni għall-applikazzjoni ta’ żvilupp barra miż-żona ta’ żvilupp f’Ħaż-Żabbar biex jinfetah lokal ieħor għall-McDonalds (PA11060/17).
L-applikazzjoni, sostnew Cacopardo u Mallia m’għandhiex tkun approvata minħabba li tmur kontra dak li jipprovdi l-Pjan Lokali tan-Nofsinnhar għal binjiet rurali ta’ din ix-xorta li huma barra miż-żona ta’ żvilupp (Category 1 – ODZ Rural Settlements), cioe li:
- L-ebda lokal ta’ catering m’hu permissibli f’dawn l-inħawi;
- Il-bini m’għandux jiżviluppa iktar minn 25 metru ‘l ġewwa mill-faccata;
- M’għandhiex tkun disturbata art iktar minn dak li l-binja eżistenti qed tuża.
Alternattiva Demokratika għaldaqstant tingħaqad mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u mal-għaqdiet ambjentali fl-oppożizzjoni tagħha għal din l-applikazzjoni.