Dil-ġimgħa titnieda b’ħafna fanfarunati Vision 2050 tal-gvern. Il-verità hi li minkejja l-istampi sbieħ, ċ-ċerimonji, frattarija u tlellix, m’hemm l-ebda sforz veru ta’ bidla fil-premessi bażiċi tal-politika tal-gvern lejn soċjetà fejn il-benesseri tiġi l-ewwel. Il-Viżjoni 2050 irrendiet ruħha f’wishlist egoistika ta’ lobbies b’saħħithom. Għax mhux kull ma jleqq deheb.
Il-viżjoni tal-gvern hija bbażata fuq fehma ekonomika li ma tirrispettax lill-ekoloġija, ma tieħux in konsiderazzjoni l-isfida kemm soċjali, ekoloġika u ekonomika tal-bidla fil-klima, u għaldaqstant ma tirrispettax lanqas lill-bniedem, la lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u lanqas lil dawk ta’ għada. Hija mentalità li twassal għall-użu insostenibbli tal-art, tar-riżorsi f’pajjiżna u sfruttament tal-ħaddiema.
Aħna ta’ ADPD-The Green Party ippreżentajna Green Over Greed – Green Vision 2050, viżjoni alternattiva li tippromwovi ekonomija tal-benesseri (wellbeing economy) li tqis il-limiti ekoloġiċi, il-ġustizzja soċjali, enerġija nadifa, tnaqqis fl-użu tar-riżorsi u mudell ekonomiku aktar iffukat fuq il-komunità milli fuq tkabbir bla limitu. Id-deheb huwa l-benesseri tal-komunitajiet tagħna, huwa l-ambjent b’saħħtu għal kwalità ta’ ħajja tajba u d-dinjità għal kulħadd. Mhux ir-regħba tal-ftit li jordmu l-interessi tal-ħafna.
***
Government’s Vision 2050 is based on the economic orthodoxy of limitless growth. It is above all else an economic strategy, in which the growth-at-all-costs economy is prioritised over everything else. The environment, education, culture and social development are portrayed as servants of economic growth. The ADPD-The Green Party’s document, Green Vision 2050, on the other hand, seeks to offer an alternative narrative, one integrating social, ecological, cultural and economic imperatives in policy making. It is based on the concept of wellbeing rather than growth. Green for all, rather than greed for the few, at the expense of the many.
Aqra l-viżjoni sħiħa tagħna hawn – Our alternative Vision 2050

