L-insib ikkonfermat li huwa illegali – rebħa għal Malta

Il-fatt li l-Qorti Ewropea ddikkjarat bħala illegali l-insib li taparsi kien għal skop ta’ studju juri kemm l-Unjoni Ewropea għandha għal qalbha l-ambjent naturali tagħna l-Maltin, filwaqt li ironikament il-gvern Malti lest li jagħmel minn kollox biex iżomm miegħu il-lobby tal-kaċċaturi u n-nassaba akkost li jkompli jniżżel aktar ‘l isfel ir-reputazzjoni ta’ Malta. Infakkru li l-partit tagħna biss dejjem baqa’ konsistenti favur l-ambjent naturali ta’ pajjiżna.

Iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci qalet li il-gvern għandu jirrealizza li mal-Qorti Ewropea ma ticcajtax u hemm bżonn li l-ħafna kliem vojt dwar l-ambjent naturali jissarraf anke billi jżomm ma’ li jgħidu l-liġijiet u mhux jipprova jsib xi loophole biex iżomm lill-kaċċaturi u n-nassaba kwieti u kuntenti. L-għasafar żgur kuntenti b’din is-sentenza! Il-Maltin li jħobbu l-ambjent naturali ta’ pajjiżna kuntenti ukoll. Din is-sentenza hija rebħa għal Malta.

FacebookEmail