L-ADPD issejjaħ għal riżenji u passi kriminali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet

Is-sentenza tal-lum dwar il-kuntratt tal-isptarijiet hi ċara daqs il-kristall: il-frodi dwar il-kuntratti sar imma biex dan seħħ kien hemm kompliċi politiċi u uffiċjali pubbliċi ewlenin. Nistennew riżenji u passi kriminali minnufih. Dan sostnietu iċ-Chairperson tal-ADPD, Sandra Gauci fi stqarrija illum wara nofsinhar.

Hemm bżonn li il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ jistenbah u jieħu passi kontra l-kriminalita’ li qed therri lill-pajjiż flok ma jibqa’ jipproteġi lill-kriminali fil-poter. Hemm bżonn li Gafa’ jicċaqlaq u juri li jimxi ma kulħadd bl-istess kejl – mhux sod maż-żgħir u jibża mill-ħut il-kbir. Issa huwa ċ-ċans li jiġbor ġieħu! 

Xbajna naraw każijiet ta’ nies f’pożizzjonijiet għoljin li jiżġiċċaw mill-ġustizzja u jibqa’ kollox għaddej qisu xejn mhu xejn. Anġlu qum! Tibqax paraventu tal-kriminali, temmet tgħid Gauci.

FacebookEmail