Kommemorazzjoni qtil ta’ Karin Grech

 

Fl-40 anniversarju tal-qtil ta’ Karin Grech nhar it-28 ta’ Diċembru tal-1977, iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo, poġġa bukkett fjuri mal-monument b’tifkira ta’ Karin Grech f’San Ġwann

Carmel Cacopardo qal:”Huwa importanti li dawn il-grajjiet nibqghu nfakkruhom. L-aħjar imma li nfakkruhom flimkien għax b’hekk biss jasal ċar il-messaġġ kontra l-intolleranza. Il-weġa’ tal-familja Grech u ta’ tant familji oħra hi l-weġa’ tagħna lkoll.”

“Il-preżenza ta’ Alternattiva Demokratika f’din il-kommemorazzjoni hi xhieda tal-impenn tagħna kontra l-intolleranza, l-istess bħalma għamilna iktar kmieni dan ix-xahar fil-Gudja fil-kommemorazzjoni ta’ Raymond Caruana. Id-differenzi fil-fehmiet jissolvew biss bid-djalogu u d-diskussjoni li għandhom ikunu u jibqgħu l-pern tal-proċess demokratiku. Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.”

FacebookEmail