Illum iċ-Chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandu jinvestiga l-klijenteliżmu sfrenat tal-Ministru Edward Zammit Lewis.
Carmel Cacopardo qal:”Għadni kif ktibt lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika u tlabtu jinvestiga Direct Order abbużiva tal-Ministru Edward Zammit Lewis. Dan kollu qed isir f’kuntest ta’ klijenteliżmu sfrenat u abbuż għal vantaġġ elettorali.”
Ilbieraħ The Shift News allegat l-għoti ta’ Direct Order ta €50,000 mill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis lill-avukat Cheryl Azzopardi, liema avukat hija midħla sew tal-eks-Ministru Cardona. Edward Zammit Lewis jidher li qed jabbuża minn Direct Orders biex jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fid-distrett ta’ Birkirkara.
L-istorja dettaljata dehret f’The Shift News:https://theshiftnews.com/2021/01/07/edward-zammit-lewis-using-direct-orders-to-lure-chris-cardonas-votes/