Persuni appuntati politikament minħabba l-affiljazzjoni politika tagħhom mal-Partit Laburista jisirqu €12.9 miljuni mingħand il-Maltin. Dan huwa dak li ġara fil-każ tal-Fortina miċ-chief of staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri u mit-tmexxija tal-Awtorità tal-Artijiet. Din hija d-definizzjoni ta’ ħmieġ fit-tmexxija tal-pajjiż. Dan minkejja r-retorika mimlija reċtar ‘patrijottiku’ u tixjir ta’ bnadar ta’ Malta tal-partit tagħhom.
Is-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party Dr Ralph Cassar qal:”€12.9 miljuni jfissru skola jew tnejn ġodda, jfissru apparat ġdid u mediċini ġodda għall-kura tas-saħħa, jfissru għaxar pjazez jew aktar ġodda f’għaxar lokalitajiet. X’se jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela dwar dan il-każ?”
“Meta se jirreżenja Robert Vella CEO tal-Awtorità tal-Artijiet, li minn qari tar-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ ċar li kien involut fil-ħabi tar-rapport tal-valutazzjoni tal-propjetà? Il-Gvern għandu jiġbor flus il-poplu lura mingħand il-familja Zammit Tabona li tmexxi l-Fortina.”
***
Mill-gazzetti:



