Jum il-Mara: Imxejna iżda fadlilna

Filwaqt li pajjiżna għamel avvanzi sostanzjali fejn tidħol l-ungwaljanza bejn il-ġeneri, fl-istess waqt, kulturalment għad hemm diskriminazzjoni distinta kontra n-nisa. Dan qalu id-Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Mario Mallia fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara.  

F’dan ir-rigward, filwaqt li hemm moviment biex il-vuċi tan-nisa tingħata iktar spazju fil-parlament, fl-istess waqt ittenni l-kritika tagħha għal fatt li l-intervent propost mill-gven u maqbul mill-oppożizzjoni għal iktar spazju ta’ parteċipazzjoni għan-nisa, għandu jsir qabel u mhux wara ma jkunu eletti l-kandidati fil-parlament.  Mallia tenna li l-metodu propost ma jagħtix messaġġi ċari favur il-ħarsien tad-dinjita’ tal-mara. Dwar dan AD diga tkellmet b’mod estensiv u għamlet proposti alternattivi.

Rachelle Deguara, il-kelliem tal-AD għal politika fuq l-ugwaljanza kkummentat fuq il-bżonn li pajjiżna jindokra l-iktar nisa li huma vulnerabbli.  Dawn jinkludu nisa li jsoffru minn vjolenza domestika, nisa li m’għandomx access għall-dritijiet fundamentali, nisa trans, li jaffaċjaw ħafna aktar diffijultajiet biex jiġu aċċettati u nisa immigranti. Irreferiet partikolarment għal l-aħħar vittma ta’ vjolenza domestika li għandha tfakkarna kemm il-mara fadlilha x’taqdef biex tikseb id-dinjita’ u l-liberta’ li jixirqilha.  Tenniet il-bżonn li fil-qasam edukattiv, isiru sforzi ikbar biex l-għarfien tad-drittijiet ugwali bejn is-sessi ikun aspett iktar ippjanat u ffukat.  Dan għandu jgħin biex iqawwi lill-bniet li jemmnu iktar fil-kapacitajiet taghhom, u fl-istess waqt jgħin lis-subien jifhmu l-bżonn ta’ responsabbiltajiet maqsuma u ndaqs fis-soċjeta’. Dan għandu jgħin sabiex ilkoll, nisa u rgiel, ikollhom id-dritt li jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom huma x’inhuma.

FacebookEmail