Alternattiva Demokratika jidhrilha li Joseph Muscat għandu immedjatament iwarrab lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, u jekk se jibqa’ jiddefendihom għandu l-obbligu li jwarrab hu wkoll.
Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika huwa u jitkellem dwar l-aħħar żviluppi fuq il-korruzzjoni allegata dwar il-power station tal-gass f’Delimara u l-kumpanija offshore 17 Black. Jidher issa iktar minn qatt qabel li l-Prim Ministru hu ostaġġ ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri u ma jistax jiċċaqlaq minħabba fihom.
Joseph Muscat mhux kredibbli meta joqgħod jistaħba wara riżultati ta’ inkjesti għax għal raġunijiet ovvji qed iħallat il-ħass mal-fażola u jħawwad bejn responsabbiltajiet kriminali u dawk politiċi. Mhux sew li l-pajjiż kollu qed ikollu jġorr ir-reputazzjoni ta’ pajjiż korrott minħabba tnejn min-nies imwaħħlin mas-siġġu li jokkupaw u Prim Ministru li iktar moħħu kif jipproteġi lil ta’ madwaru milli lill-kumplament tal-pajjiż.
Ir-responsabbiltajiet kriminali jistghu jstennew l-eżitu tal-inkjesti imma r-responsabbiltajiet politiċi għandhom jitrefgħu immedjatament. Huwa n-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ dawn l-allegazzjonijiet li qed ikomplu jagħtu isem ħazin lill-pajjiż u jgħaddsu lil kulhadd fil-ħama tal-korruzzjoni temm jgħid Carmel Cacopardo.
***
Joseph Muscat held hostage by Keith Schembri and Konrad Mizzi
AD calls for Prime Minister Muscat to fire Konrad Mizzi and Keith Schembri with immediate effect. If he chooses to continue defending these two political delinquents he should also shoulder responsibility and step aside as well.
AD Chairperson Carmel Cacopardo said this when commenting about the latest developments on the alleged corruption in the Delimara gas power station deal and the involvement of the offshore company 17 Black. It is now more than crystal clear that the Prime Minister is held hostage by Konrad Mizzi and Keith Schembri. He is defending the indefensible.
Joseph Muscat’s reference to ongoing inquiries is a poor and shallow excuse for inaction. Muscat should know that there is a difference between shouldering political responsibilities and criminal investigations. The whole country is also being held hostage by political delinquents Konrad Mizzi and Keith Schembri, with the shadow of corruption putting the whole country in a bad light on the international stage. Meanwhile Muscat prefers defending just two people to the hilt rather than defending the whole country.
The ascertaining of criminal responsibilities can wait but political responsibilities should be shouldered immediately. Lack of action against these two delinquents will mean that our country’s reputation will remain sullied and stained with the muck of corruption, concluded Carmel Cacopardo.