Iżrael jattakka lil dawk li jesponu l-atti ġenoċidali tiegħu

ADPD-The Green Party jesprimi solidarjetà u rabja għal dak li jidher li hu attakk terroristiku minn Iżrael fuq il-Gaza Freedom Flotilla. Attakk ieħor fuq attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem did-darba ftit ’il barra mill-ibħra territorjali Maltin. Filwaqt li Iżrael qiegħed sistematikament joqtol bil-ġuħ lill-Palestinjani, tant iħossuhom ‘il fuq minn kull norma internazzjonali li jattakkaw b’mod barbaru lil min jiġbed l-attenzjoni għall-atti kriminali u ġenoċidali tiegħu.

L-attakk bid-drones juri wkoll kemm pajjiżna huwa vulnerabbli. Malta lesta tilqa’ għal attakki bid-drones fuq l-infrastruttura kritika tagħna bħall-power station u t-tanker tal-ħażna tal-gass? Kwalunkwe attakk bħal dan ikun ifisser diżastru. Il-verità hi li Malta hija esposta għal attakki bħal dawn kemm minn stati u anke minn organizzazzjonijiet terroristiċi appoġġjati minn ċertu pajjiżi. Attakk bħal dan iġibna għarkupptejna, u jikkaġuna tbatija kbira għal kulħadd.

Minflok joqogħdu jilagħbu bil-liċenzjar tal-logħob tan-nar mid-drones, ma jkunx aħjar li l-gvern u l-aġenziji tiegħu jindirizzaw ir-riskji enormi ta’ sigurtà u l-periklu li d-drones joħolqu għal pajjiżna?

Iċ-Chairperson u s-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party, Sandra Gauci u Ralph Cassar qalu: “Nesprimu s-solidarjetà tagħna mas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta involuti fil-missjoni ta ’salvataġġ. L-attivisti ta’ Gaza Freedom Flotilla għandhom jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn wara dan l-attakk moqżież.”

***

Israel attacks those who expose its genocidal acts 

ADPD-The Green Party expresses solidarity and anger at what appears to be a terrorist attack by Israel on the Gaza Freedom Flotilla of human rights activists just outside Maltese territorial waters. While Israel is starving Palestinians to death, it also has the temerity to attack those who draw attention to its criminal and genocidal acts.

The attack using drones also shows how vulnerable our country is. Is Malta prepared to counter drone attacks on our critical infrastructure such as our power station and gas storage ship? Any such attack would spell disaster. The truth of the matter is that Malta is exposed to such attacks both by rogue states and also by terrorist organisations. Such an attack would bring us to our knees, and cause suffering. 

Instead of playing around with the licensing of fireworks on drones, wouldn’t it be better for the government and its agencies to address the security risks and danger drones pose to our country?

ADPD – The Green Party Chairperson and Secretary General, Sandra Gauci and Ralph Cassar said:”We express our solidarity with the Armed Forces of Malta personnel involved in the rescue mission. The Gaza Freedom Flotilla activists should be given all the assistance they need following this horrific attack.”

More information: https://freedomflotilla.org/

FacebookEmail