Panama Papers: Irresponsible lack of action by Maltese parliament
With regards to the debate in parliament, Alternattiva Demokratika Chairperson Prof. Arnold Cassola said: “Yesterday Marlene Farrugia’s motion for Keith Schembri to be made available for questioning by a parliamentary committee was defeated by Joseph Muscat and his parliamentarians. What is normal in democratic European countries is refused in the Maltese parliament. While the leader of the PN, Simon Busuttil, continues harping on corruption when there is no concrete proof or evidence of this, there are strong suspicions about the whole Panama affair and that is why we needed a parliamentary committee to investigate all this. However, what would be a normal request in a democratic EU is anathema in the Maltese parliament.”
“Alternatttiva Demokratika looks forward to the setting up of the European Parliament Committee on the Panama papers which will hopefully substitute the irresponsible lack of action of the Maltese Parliament”.
—
Panama papers: Azzjoni irresponsabbli tal-parlament Malti
B’riferenza għad-dibattitu tal-bieraħ fil-parlament, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal:”Ilbieraħ,il-mozzjoni ta’ Marlene Farrugia biex Keith Schembri jagħti l-kjarifiki tiegħu lil kumitat parlamentari appożitu ġiet riġettata minn Joseph Muscat u l-membri parlamentari tiegħu. Dak li hu normali f’pajjiżi demokratiċi Ewropej ġie miċħud mill-parlament Malti.”
“Waqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jkompli jħambaq fuq il-korruzzjoni meta s’issa ma hemm l-ebda prova jew evidenza konkreta ta’ dan, hemm suspetti kbar dwar l-“affari” tal-Panama u huwa proprju għalhekk li għandna bżonn kumitat parlamentari biex jinvestiga dana kollu. Imma dik li hija meqjusa bħala talba normali f’kull pajjiż demokratiku tal-UE hija anatema għall-parlament Malti.”
“Alternattiva Demokratika tistenna b’ħerqa t-twaqqif tal-Kumitat Parlamentari tal-Parlament Ewropew dwar il-“Panama Papers” li nittamaw li jissostitwixxi n-nuqqas ta’ azzjoni responsabbli min-naħa tal-parlament Malti.”