Il-Kummissjoni Ewropea għal darboħra ikkonfermat li l-iskuża ta’ riċerka xjentifika sabiex l-insib għall-għasafar tal-għana jissokta mingħajr xkiel, m’għandhiex kredibbilità. Ma jridx ikollox xi għerf biex tinduna li l-gvern qed jipprova jiġbed saqajn in-nies, minbarra li jinsulenta lil min jagħmel riċerka xjentifika ta’ vera.
ADPD-The Green Party ilu jesprimi din l-istess fehma, u jikkundanna bil-qawwa kollha kull tentattiv sabiex b’mod disonest, il-gvern idur mal-liġi, iżomm l-istatus quo u jibqa’ jagħmel kif jogħoġbu u jinsultenta lill-Maltin u ‘l-Għawdxin li għandhom rashom fuq għonqhom. Mark Zerafa, kelliem għal ADPD-The Green Party qal: “Hemm bżonn li l-gvern ma jkomplix jinjora d-dmirijiet internazzjonali tal-pajjiż dwar il-ħarsien tal-bijodiversità. Hemm bżonn li l-gvern jifhem li dawn il-liġijiet qegħdin hemm sabiex jgħinuna nipproteġu l-ekosistemi u l-fawna vulnerabbli, wirt tagħna lkoll. L-ambjent naturali tagħna għandna nieħdu ħsiebu u nindukrawh sabiex ġenerazzjonijiet futuri ikunu jistgħu igawduh. Mhux aċċettabbli li l-bijodiversità tinżamm ostaġġ bi skop li l-partiti populisti ta’ pajjiżna jiksbu gwadann politiku u l-appoġġ ta’ lobbies arroganti u egoisti. Il-bijodiversità hi aspett essenzjali tal-ambjent naturali tagħna, u jiswilna li nħarsuha bis-serjetà.”
“Il-Kummissjoni għal darba oħra irriservat d-dritt li tibda proċeduri legali kontra pajjiżna jekk il-gvern Laburista jkompli jgħaddas rasu u jabbandunaw dmirijiethom lejna. Il-gvern qed jinsulta lil kull ċittadin u resident ta’ Malta u Għawdex li jrid iħares l-ambjent naturali tagħna. Qed jinsulta l-intelliġenza tan-nies billi juża argumenti pwerili u tal-vavi biex jiġġustifika għemilu. ADPD-The Green Party jisħaq li m’għandhiex tkun it-theddida ta’ azzjoni legali illi ġġegħlna nagħmlu l-għażliet it-tajba. Għandu jkun is-sens ta’ responsabbilità lejn in-natura, lejn il-komunità internazzjonali u fl-aħħar mill-aħħar lejna nfusna,” temm jgħid Zerafa.
ADPD jappella sabiex il-gvern, jara d-dawl u jagħmel għażliet għaqlin. Għandu jieqaf jitmejjel bin-nies u jieqaf jippersisti jagħti attività illegali bixra ta’ riċerka xjentifika.
***
Trapping Birds, catching Votes, humiliating a whole country
The European Commission has once again confirmed that the pretext of scientific research, used to allow the trapping of songbirds to continue unchecked, lacks credibility. You do not have to be an EInstein to realise that the government’s arguments are frivolous and ridiculous. The government is insulting all those who are involved in actual research.
ADPD-The Green Party has long maintained this position and strongly condemns every attempt to dishonestly circumvent the law, preserve the status quo and continue with this charade.
Mark Zerafa, spokesperson for ADPD-The Green Party, said:“The government needs to stop ignoring our country’s international obligations concerning the protection of biodiversity. They need to understand that these laws exist to help us protect ecosystems and vulnerable wildlife. We have a duty to look after and nurture our natural environment so that future generations can enjoy it. It is unacceptable for biodiversity to be held hostage for the purpose of allowing our populist political parties to gain political advantage. This constant appeasement of egositic, self-centred and arrogant lobbies has to stop. Biodiversity is an essential component of our natural environment, and we must take its protection seriously.”
“Once again, the European Commission has reserved the right to initiate legal proceedings against our country if the Labour government continues to bury its head in the sand and abandon our obligations. Government is insulting people and humiliating a whole country by insisting on using puerile, childish and ridiculous arguments to defend the indefensible. ADPD insists that it should not take the threat of legal action to make us choose the right course of action. What should guide us is our sense of responsibility towards nature, the international community and also towards ourselves,” Zerafa concluded.
ADPD-The Green Party calls on the government to make sensible choices, rather than continuing to deceptively disguise an illegal activity as scientific research. Stop insulting our intelligence and stop humiliating a whole country.

