Il-Ministru Clint Camilleri jaġixxi b’mod skandaluż u abbużiv

“Huwa skandaluż u abbuziv il-mod kif ħelsu minn Romano Cassar, minn Ramblers Malta, wara li ma ġġedditlux il-ħatra fil-PA bħala rappreżentant tal-NGOs ambjentali.” Dan qalitu Sandra Gauci, Chairperson ta’ ADPD-The Green Party.

“Il-messaġġ ċar li qed jingħata mill-Ministru Clint Camilleri u minn Kastilja huwa li trid tivvota b’ċertu mod inkella jpattuhielek. Infakkru li Cassar kien ikkundanna li ġara riċentement fil-każ tas-sanzjonar ta’ Montekristo u donnu ta’ dan ħallas prezz. Dan mhux aġir ta’ gvern ta’ pajjiż demokratiku u Cassar għandu jerġa’ jingħata lura postu. Ir-rappreżentanti tal-NGOs jagħżluhom l-NGOs mhux il-Ministru.”

FacebookEmail