Fit-8 ta’ Ġunju jiswielek li tivvota AĦDAR

Il-kandidati tal-ADPD ippreżentaw in-nominazzjonijiet tagħhom għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju fl-uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar.

Meta indirizzat lill-istampa, iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci qalet: “Huwa ta’ pjaċir tiegħi li nippreżentalkom il-kandidati tal-ADPD għall-Parlament Ewropew u il-kunsilli lokali għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju. Il-lista tal-kandidati tagħna tinkludi taħlita ta’ esperjenza kif ukoll demm ġdid u ir-ritorn ta’ nies li kienu attivi fil-passat u li issa qegħdin jerġgħu jagħtu il-kontribut tagħhom.

“Jiena konvinta li dawn il-kandidati jispiraw il-fiduċja tal-votanti għal bidla li tant għandna bżonn fil-mod kif titħaddem il-politika f’pajjiżna. Aħna ma nqassmux ċekkijiet lejliet l-elezzjoni u lanqas norganizzaw attivitajiet b’infieq esaġerat. Nissieltu biex insemmgħu leħinna fuq il-mezzi tax-xandir ukoll.

“Għalhekk f’idejn il-votant li jmur lilhinn mir-retorika u jgħaddi il-messaġġ tiegħu li jrid verament titjib fil-kwalità tal-ħajja tiegħu. Jiswielek tivvota fit-8 ta Ġunju. U jiswielek ħafna aktar li tivvota AĦDAR. Jiswielek għax vot fuq l-AĦDAR ifisser vot favur politika favur il-ġid komuni,  kwalità ta’ ħajja aħjar u ekonomija tal-benesseri,” temmet tgħid Gauci.

Is-Segretarju Ġenerali tal-ADPD, Dr Ralph Cassar semma kif bħala partit l-ADPD huwa żvantaġġjat anke fil-proċess elettorali innifsu minn Kummissjoni Elettorali komposta mill-PLPN li saħanistra jabbużaw mill-privileġġi li għandhom fosthom dik li jaċċessaw listi ta’ min ma jkunx ivvota – xi ħaġa li l-ADPD dejjem irrifjuta li jaċċetta.

Il-kandidati tal-ADPD għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju huma dawn:

Għall-Parlament Ewropew: Dr Ralph Cassar, Rachelle Deguara, Sandra Gauci u Mina Jack Tolu;

Għall-Kunsill Lokali: Dr Ralph Cassar (Ħ’Attard), Samuel Vella (Ħal Balzan), Mark Zerafa (Birkirkara), Dr Melissa J Bagley (Birżebbuġa), Brian Decelis (Marsaskala), Janet Walker (Tal-Pietà) u Sandra Gauci (San Pawl il-Baħar).

***

Vote GREEN on 8th June 2024

ADPD – The Green Party candidates presented their nominations for the elections of the 8th of June at the office of the Electoral Commission in Naxxar.

Addressing the press, ADPD Chairperson Sandra Gauci said, “It is my pleasure to present you with the ADPD candidates for the European Parliament and the local council elections to be held on 8th June.  Our list of candidates includes a mix of new faces and the return of people who were active in the past and have now returned to give their contribution.

I am convinced that these candidates inspire trust in change that we so desperately need seeing how politics is done in our country.   We do not distribute cheques on the eve of an election, and we don’t organise extravagant and expensive activities.

It is therefore up to the voter to venture beyond rhetoric and send a clear message that they truly want an improvement in the quality of life.  Voting on the 8th of June is the right thing to do.  And it is also the right thing to do to vote GREEN. It’s the strongest message in favour of serious politics based in our common good, our quality of life and a wellbeing economy,” she said.

ADPD General Secretary Dr Ralph Cassar mentioned that ADPD as a party is at a disadvantage in the electoral process, with the Electoral Commission consisting of PLPN members who take advantage of the practice of having access to lists of registered voters who decide not to vote, something that ADPD has always refused to accept.

 ADPD candidates for the elections of 8th June are the following:

For the European Parliament: Dr Ralph Cassar, Rachelle Deguara, Sandra Gauci and Mina Jack Tolu;

For local councils: Dr Ralph Cassar (Ħ’Attard), Samuel Vella (Ħal Balzan), Mark Zerafa (Birkirkara), Dr Melissa J Bagley (Birżebbuġa), Brian Decelis (Marsaskala), Janet Walker (Pietà) and Sandra Gauci (San Pawl il-Baħar).

FacebookEmail