Fiduċja u ringrazzjament – ADPD

Ilbieraħ filgħaxija waqt l-ewwel laqgħa tal-eżekuttiv wara l-elezzjoni ġenerali, l-Kumitat Eżekuttiv tal-partit, wara diskussjoni, unanimament approva mozzjoni ta’ fiduċja fiċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci u fil-mod kif tmexxiet il-kampanja elettorali. 

L-eżekuttiv irringrazzja wkoll lil kull min ikkontribwixxa senza interessi għall-ħidma kollha li kien hemm bżonn tul il-kampanja elettorali biex jitwasslu l-valuri Ħodor u Progressivi lill-pubbliku. 

FacebookEmail