F’dinja tal-bullies insaħħu l-kooperazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Il-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkoordinaw flimkien aktar fil-qasam diplomatiku internazzjonali u anke, fejn hemm bżonn fid-difiża. Dan qaluh kelliema ta’ ADPD-The Green Party wara l-avvenimenti inkwetanti tal-ġimgħa li għaddiet.

“Huwa aktar minn ovvju li f’dinja fejn l-liġi internazzjonali tiddependi esklussivament minn fuq il-fiduċja u l-isperanza li pajjiżi b’saħħithom jirrispettaw lil pajjiżi oħra u jaċċettaw u jwettqu l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li Malta għandha tinsisti, speċjalment mal-isħab tagħna fl-Unjoni Ewropea, li jkun hemm sforzi diplomatiċi u anke f’oqsma bħad-difiża, biex il-valuri komuni tagħna fir-relazzjonijiet internazzjonali b’mod aktar koordinat. Pajjiżi bħall-Irlanda, pajjiż newtrali, xorta waħda jinsistu fuq il-valuri bħall-multilateraliżmu, l-appoġġ għall-Palestina u għad-drittijiet inaljenabbli tal-Palestinjani taħt okkupazzjoni krudili, u anke għad-dritt li l-Ukrajna tiddefendi ruħha minn invażjoni. Dritt li għandu kull pajjiż, minqux fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti”, saħaq is-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party Dr Ralph Cassar.

“Infakkar li anke n-newtralità ta’ Malta, fuq il-karta, suppost iggarantita mill-Italja, Franza, l-Alġerija u l-Libja, altru milli xi ‘newtralità assoluta’. Pjuttost ‘garanzija’ li ma tiswa xejn illum. Infakkar ukoll li t-trattati tal-Unjoni Ewropea jinkludu d-difiża ta’ pajjiż membru minn pajjiżi membri oħra f’każ ta’ bżonn. Importanti li ssir diskussjoni fil-fond dwar dawn it-temi importanti. Bil-manuvrar tal-Istati Uniti u r-Russja, l-Ukrajna spiċċat pupu fin-nofs. Minkejja l-garanziji ta’ sigurtà ta’ minn diversi pajjiżi Ewropej, din tħalliet waħedha tiffaċċja l-qilla ta’ Putin, li anke n-nies tiegħu jarahom bħala dispensabbli. Għalhekk, huwa importanti li nħabbtu rasna flimkien u niddiskutu bis-serjetà, għax l-istorja turina li l-interessi tal-Istati Uniti u tar-Russja mhux l-istess bħal dawk tagħna u lanqas ta’ pajjiżi sħabna fl-Unjoni Ewropea,” qalet iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci.

“It-tentattivi diplomatiċi ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-OSCE huma pożittivi. Imma nixtiequ naraw aktar emfasi fuq il-Palestina f’koordinament ma’ pajjiżi oħra tal-UE bl-istess valuri tagħna fuq l-apartheid tal-Iżrael, speċjalment fid-dawl tal-abbandun immorali minn pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Italja u Franza, u anke tal-manuvri moqżieża tal-Istati Uniti u tal-amministrazzjoni Trump. Anke l-Palestinjani għandhom id-dritt li jiddefendu ruħhom mill-okkupazzjoni, dritt minqux fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Nappoġġjaw ukoll kull tentattiv ta’ summit dwar l-Ukrajna, imma biss jekk dan ma jkunx attentat ta’ ‘qsim’ kolonjali tal-Ukrajna bħal ma nqasmet il-Polonja bejn l-Unjoni Sovjetika Stalinista u l-Ġermanja Nazzista fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Biss jekk ikun hemm l-involviment ċentrali tal-Unjoni Ewropea, l-OSCE u n-Nazzjonijiet Uniti.”

***

In a world of bullies deepening cooperation in the EU is imperative

European Union governments should coordinate more closely in the international diplomatic field and also, where necessary in defence. This was stated by ADPD-the Green Party spokespersons following last week’s deeply concerning events.

“It is more than obvious that in a world where international law depends exclusively on trust and hope that strong countries respect other countries and accept and follow the Charter of the United Nations, Malta should insist, especially with our partners in the European Union, that there be more diplomatic efforts, even in areas such as defence, so that our common values in international relations are coordinated better. Countries like Ireland, a neutral country, still insist on values such as multilateralism, support Palestine and advocate strongly for the inalienable rights of Palestinians under a cruel occupation, and even for the right of Ukraine to defend itself from an invasion. A right enshrined in the United Nations Charter”, stressed ADPD-The Green Party Secretary General Dr Ralph Cassar.

“Let us remember that Malta’s neutrality, on paper, is supposed to be guaranteed by Italy, France, Algeria and Libya. The notion so some “absolute neutrality” is false. Not to mention that this “guarantee” is not worth the paper it is written on today. Let us also remember that EU treaties include the defence of a member states by other member states in case of need. All this highlights the importance of an in-depth discussion on these important themes. Manoeuvring by the United States and Russia have made a victim out of Ukraine. Additionally despite security guarantees from several European countries, Ukraine was left alone to face the might of Putin’s Russia. A dictator, who even sees his own compatriots as disposable. Therefore, it is important to knock our heads together and discuss our Maltese position, because history shows us that the interests of the US and Russia are not the same as ours, nor those of our fellow countries in the European Union,” said ADPD-The Green Party Chairperson Sandra Gauci.

“Malta’s diplomatic attempts at the United Nations and the OSCE are positive. But we would like to see more emphasis on Palestine in coordination with other EU countries who share our same values on Israel’s apartheid, especially in light of the immoral abdication and abandonment of Palestinians by countries such as Germany, Italy and France, and also in light of the disgusting and sickening manoeuvres of the US and of the Trump administration. Even Palestinians have the right to defend themselves from occupation, a right enshrined in the Charter of the United Nations. We also support attempts to hold a summit on Ukraine, but only if this is not yet another attempt at the colonial partition of Ukraine. We do not want a repetition of the partition of Poland between the Stalinist Soviet Union and Nazi Germany at the beginning of World War II. Any talks should be multilateral, involving the European Union, the OSCE and the United Nations.”

FacebookEmail