Environmental Protection: cut out the hypocrisy

With reference to the Conference on the implementation and enforcement of environmental legislation, where Minister Leo Brincat was a main speaker, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “It takes quite a nerve to address a European conference on enforcement of environmental law and protection of bio-diversity when Minister Brincat forms part of a government that lengthened the Spring hunting season, extended the September hunting hours by four every day and continues to adamantly defend hunting in spring. Let’s cut out the hypocrisy, please.”

Carmel Cacopardo, AD Deputy Chairperson and Spokesperson on Sustainable Development and Home Affairs stated that both Labour and the PN are unfortunately still hostages to the hunters lobby. AD is aware that Labour in Government will like the PN in government before it do its utmost to ensure that hunters have a field day. The day of reckoning is however fast approaching. AD, added Cacopardo,  salutes its sister organisations members of the Coalition to Abolish Spring Hunting and thanks the public which has responded so far by signing the petition to call a referendum to ensure the consigning of spring hunting to history.

 

***

PR 02-10-2013
Ħarsien tal-Ambjent: aqtgħu l-ipokrezija, tgħid Alternattiva Demokratika

B’referenza għall-Konferenza dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ leġislazzjoni ambjentali, f’liema konferenza l-Ministru Leo Brincat kien kelliemi ewlieni, l-Professur Arnold Cassola Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika qal: “Trid tkun ta’ stonku biex tindirizza konferenza Ewropeja dwar l-infurzar ta’ leġislazzjoni ambjentali u l-ħarsien tal-biodiversita’ meta l-Ministru Brincat jifforma parti minn Gvern li tawwal l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, estenda l-ħin tal-kaċċa matul Settembru b’erba’ siegħat kuljum u jibqa’ jiddefendi l-kaċċa fir-rebbiegħa. Mhux aħjar tinqata’ din l-ipokrezija?”

Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika u kelliemi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern qal li kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista huma sfortunatament ostaġġi ta’ dawk li jikkampanjaw favur il-kaċċa. Alternattiva Demokratika hi konxja li l-Partit Laburista fil-Gvern, bħall-PN qablu, ser jagħmel minn kollox biex jaġevola lill-kaċċaturi. Imma jum il-kontijiet qiegħed joqrob. Alternattiva Demokratika, żied jgħid Cacopardo, issellem lill-għaqdiet ambjentali li bħalha huma msieħba fil-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-rebbiegħa  u tirringrazzja lill-pubbliku li sal-lum wieġeb għas-sejħa u iffirma l-petizzjoni biex jissejjaħ referendum li għandu jelimina l-kaċċa fir-rebbiegħa darba għal dejjem.

 

***

Links relatati:

https://www.facebook.com/CoalitionToAbolishSpringHunting

FacebookEmail