Drittijiet tan-nies b’dizabilita se jkunu prijorita ghall-AD fil-parlament

Alternattiva Demokratika – The Green Party kellha diskussjoni ma’ entitajiet li jahdmu ma’ u ghal nies b’dizabilità f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

Michael Briguglio, Chairperson tal-AD, qal: “Bhala partit li jemmen fl-ugwaljanza, fil-gustizzja socjali u fl-inkluzjoni socjali, Alternattiva Demokratika thossha privileggata li tghallmet tant minn persuni u organizzazzjonijiet li jahdmu fil-qasam tad-dizabilità. AD ghadha mhux fil-parlament, izda ahna digà zgurajna li persuni b’dizabilità jkunu prominenti fid-diskors politiku Malti. Fil-parlament, ahna se nizguraw l-implimentazzjoni tal-politika relatata mad-drittijiet ta’ persuni bhal dawn.”

Dr. Claire Azzopardi Lane, kelliema ta’ AD dwar Dizabilita’ u Sports, qalet: “Fost il-proposti tal-AD hemm dik tal-access universali. AD tirreferi ghall-access strutturali fl-ispazji pubblici u kummercjali u ghall-access ghall-persuni neqsin mis-smigh, fejn l-istat ghandu jizgura li l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tigi mainstreamed fis-settur pubbliku u fil-mezzi tax-xandir. L-access u l-indipendenza ghal nies li huma ghomja u neqsin mid-dawl qed jigi rakkomandat permezz ta’ aktar investiment fit-tahrig u l-uzu ta’ klieb gwida, u rikonoxximent ghall-access ghal dawn il-klieb fl-ispazji pubblici u privati.

AD qed tipproponi bidla fl-Att tas-Sigurtà Socjali attwali li tissorvelja l-allokazzjoni tal-pensjoni tad-dizabilità, li jammonta ghal 55% tal-paga minima. AD temmen li din ghandha tigi riveduta sabiex tinkludi dawk li bhalissa qed jithallew barra mis-sistema, kif ukoll zieda li tippermetti kwalità ta’ hajja decenti, irrispettivament jekk wiehed jistax isib impjieg. AD temmen li l-ghajnuna socjali ghal dawk li jiehdu hsieb nies b’dizabilita’ ghandha tigi estiza ghall-genituri jew ghall-gwardjani ufficjali bhall-assistenza socjali li tinghata lil persuni li jiehdu hsieb il-genituri anzjani taghhom fid-dar.

AD tara l-htiega ghal forom differenti ta’ opportunitajiet tal-ghixien ghal nies b’dizabilità. AD qed tipproponi s-servizz ta’ assistenti personali li jghinu nies b’dizabilità li jghixu indipendentement jew fid-dar tal-familja. AD tara l-htiega li jizdiedu n-numru ta’ djar fil-komunità li jakkomodaw u jappoggaw gruppi zghar ta’ nies b’dizabilità. AD hija wkoll favur l-izvilupp ta’ hajja indipendenti ghal dawk in-nies b’dizabilità li jixtiequ jghixu b’mod awtonomu, jghixu flimkien, jizzewgu, u/jew ikollhom familja fil-komunità.

Alternattiva Demokratika tappoggja lin-nies li qed jghixu bil-Myalgic Encephalomyelitis (ME) u Fibromyalgia (FB) u tipproponi fondi allokati ghall-edukazzjoni ta’ professjonisti medici li jehtiegu tahrig specjalizzat fil-dijanjosi u trattament ta’ persuni ME u FB. Dawn il-persuni ghandhom ukoll jiksbu l-istess appogg u access ghal kura barra minn Malta bhal dik moghtija lill-persuni b’kundizzjonijiet ohrajn li ghalihom dijanjosi u kura ma jkunux disponibbli lokalment.

Proposti ohra diskussi fis-seminar inkludew dawk li jiffokaw fuq impjiegi, l-edukazzjoni ta’ kwalità u medikazzjoni.

FacebookEmail