APPLIKAZZJONIJIET AECs u Counting Staff f’isem Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu nhar is-Sibt 14 ta’ Frar 2015, bejn il-11am u t-3pm, fil-Lukanda Osborne, fi Triq Nofsinhar, Valletta.
Noti:
1. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant persuna waħda tista’ tokkupa biss kariga waħda;
2. Mhux possibbli li jsiru ‘bookings’ minn qabel;
3. Applikanti jridu jkunu membri tal-partit bl-isħubija għall-2015 (€15) mħallsa;
4. L-applikanti se jipprappreżentaw lil AD waqt il-proċess elettorali u għaldaqstant iridu jkunu persuni ta’ min jafda u jorbot fuqhom;
5. Mhux possibbli li jintlaqgħu applikazzjonijiet drabi oħra.
George Micallef – Responsabbli Proċess Elettorali AD
Ralph Cassar – Segretarju Ġenerali AD
adelezzjoni@gmail.com