Anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana – 5 ta’ Diċembru 1986

Il-Ħamis 5 ta’ Diċembru 2019, fit-33 anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana li seħħet nhar il-5 ta’ Diċembru tal-1986, iċ-Chairperson ta’ AD, poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Caruana fil-Gudja.

Carmel Cacopardo qal:”Li illum nerġgħu nfakkru din il-ġrajja huwa iktar relevanti minn qatt qabel u dan fid-dawl tal-avvenimenti li seħħew matul dawn l-aħħar granet. L-intolleranza u l-vjolenza biex toqtol u tbeżża’, sfortunatament ghadhom magħna. Importanti li niftakru f’dawn il-ġrajjiet u oħrajn, biex inżommu f’moħħna li d-djalogu u d-diskussjoni għandhom ikunu u jibqgħu l-pern tal-proċess demokratiku. Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.”

FacebookEmail