Għeżież membri,
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ser issir is-Sibt 24/05/2025 10.00am, fis-sala Julian Manduca Green Resource Centre, Friends of the Earth, Xatt iċ-Ċangatura, Floriana (viċin il-post fejn isiru testijiet tal-liċenzji tas-sewqan).
Irreġistra hawn biex tattendi.
Il-laqgħa hija miftuħa biss għall-membri li għandhom l-isħubija mħallsa, jew irreġistrati għal ħlas awtomatiku online, kif spjegat meta tirreġistra għal-laqgħa. Jintlaqgħu nomini għall-kumitat eżekuttiv, mozzjonijiet u emendi għall-istatut kif spjegat fil-formola ta’ reġistrazzjoni.
Aġenda:
- Ħatra ta’ Chairperson tal-laqgħa
- Approvazzjoni tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali
- Approvazzjoni tar-rapport finanzjarju
- Ħatra tal-Awditur għas-sena finanzjarja 2025
- Elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv
- Diskussjoni u votazzjoni fuq mozzjonijiet u emendi għall-istatut
- Diskorsi tal-għeluq
Agħfas hawn biex iġġedded l-isħubija tiegħek.
Mozzjonijiet, proposti ta’ emendi għall-istatut u nomini għall-Kumitat Eżekuttiv jistgħu jiġu ppreżentati sal-aħħar tal-ġurnata t-Tnejn 19 ta’ Mejju 2025.
Għal kull korrispondenza dwar il-laqgħa ġenerali annwali għandu jintuża l-email: adpd.greens@gmail.com
Tislijiet,
Dr Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali
***
Dear members,
To register for the Green Party’s AGM please fill in the form in the link below. Members must have their membership status up to date. Members with an automatic PayPal payment setup are considered up to date since payment is effected automatically. Thank you! The automated system helps us avoid bureaucracy and concentrate on other political work.
All other pertinent information and registration in this link.