ADPD-The Green Party jitlob il-pubblikazzjoni tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MHRA dwar l-eko-taxxa

ADPD-The Green Party talab, permezz tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) dwar l-amministrazzjoni tal-eko-taxxa fuq it-turiżmu.

It-talba saret minn Sandra Gauci, Chairperson ta’ ADPD-The Green Party, f’isem il-partit, u ntbagħtet lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), lill-Ministeru għat-Turiżmu u lill-Ministeru għall-Finanzi, biex id-dettalji kollha ta’ dan il-ftehim isiru pubbliċi.

ADPD jemmen li t-trasparenza u l-kontabbiltà għandhom ikunu prinċipji fundamentali fit-tmexxija tal-entitajiet pubbliċi u tal-ministeri. Ftehimiet li jsiru wara bibien magħluqa, mingħajr ma l-pubbliku jkun jaf x’inhuma t-termini tagħhom, ma jagħmlux ġieħ la lill-ministru responsabbli u lanqas lill-MHRA.

Wasal iż-żmien li tieqaf din l-arroganza u li l-pubbliku jingħata rendikont ċar ta’ kif qed jinġabru u jintużaw il-flus mit-turiżmu. Il-pubbliku għandu dritt ikun jaf eżattament għal-liema skop qed jintużaw dawn il-flus.

***

ADPD-The Green Party submits an FOI request for the eco-tax agreement between Government and MHRA

ADPD-The Green Party has submitted a request under the Freedom of Information Act for a copy of the agreement between the Government and the Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) concerning the administration of the tourism eco-contribution.

The request was submitted by ADPD-The Green Party Chairperson Sandra Gauci, on behalf of the party, to the Malta Tourism Authority (MTA), the Ministry for Tourism and the Ministry for Finance, calling for the full details of this agreement to be made public.

ADPD believes that transparency and accountability must be fundamental principles guiding the work of public authorities and government ministries. Agreements negotiated behind closed doors, without the public knowing their terms, do no credit to either the minister responsible or the MHRA.

This arrogance must come to an end. The public deserves a clear account of how tourism revenue is collected and spent. Every cent collected from tourists must be properly accounted for, and the public has a right to know exactly where this money is going.

FacebookEmail