ADPD-The Green Party jappoġġja l-inizjattiva biex ikun introdott miscarriage leave. Dan qalitu Sandra Gauci, Chairperson tal-partit. “Meta mara jkollha korriment,” qalet Gauci, “hija trawma kemm fiżika kif ukoll psikologika. Hu għalhekk li nilqgħu b’mod pożittiv il-fatt li fl-aħħar hawn diskussjoni dwar dan.”
“F’sitwazzjoni daqshekk delikata, l-mara għandha tingħata ċ-ċans li tikseb lura mhux biss is-saħħa fiżika tagħha iżda wkoll dik mentali. Xi ħaġa li xi kultant trid iż-żmien. Hu għalhekk li l-gvern apparti li joffri dan il-leave u kull kura u sapport meħtieġ biex mara tiġi lura f’saħħitha wara korriment, hemm bżonn li tingħata wkoll l-għajnuna psikoloġika neċessarja għal min iġarrab din it-telfa. Il-kura għandha tinkludi wkoll ‘il-partner. Jista’ jkun hemm ċirkostanzi li jkun ukoll ta’ benefiċċju li wkoll il-partners ikollhom bżonn leave biex ikunu jistgħu jgħinu lill-mara f’dan il-mument ta’ telf u uġigħ kemm fiżiku kif ukoll mentali.”