ADPD signs Children’s Manifesto

“It is society’s duty to enable children to voice their concerns”.

ADPD – The Green Party Chairperson and candidate Carmel Cacopardo emphasised this when together with Mario Mallia, Deputy Chairperson and candidate, they welcomed the invitation by the Foundation for Children’s Rights and signed the Children’s Manifesto on behalf of the party today. They were accompanied by candidates Mina Tolu, Sandra Gauci and Dr Melissa Bagley.

Cacopardo stated that it was a privilege to participate in this initiative where children where its active proponents. This should remind us that politics main mission is to serve those who are the most vulnerable and the least given attention in society.

“This manifesto is very important not just because of the issues it raises but also thanks to the process that created it. The collective thrust for the common good found in this manifesto is a source of inspiration. Likewise the freedom of thought and creative ideas that can lead us to hope for a better world. We are also reminded of the need of an inclusive way of doing politics where no one is left behind.”

Cacopardo continued that children remind us of the need that policies need to go beyond convenient short term outlook but should be concerned more of the benefits for future generations. Children have a right for a better world than what we have found, concluded Cacopardo.

On behalf of ADPD he thanked the Foundation for Children’s Rights and the University of Malta’s Faculty for Social Wellbeing that enabled the children’s voice to be heard in society.

***

ADPD tiffirma l-Manifest tat-Tfal

“Huwa dmir tas-soċjetà li tagħti spazju lit-tfal li jsemmgħu leħinhom”.

Dan sostnieh iċ-Chairperson u kandidat ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo li flimkien ma’ Mario Mallia, Deputat Chairperson u kandidat, illum laqgħu l-istedina tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal biex jiffirmaw il-Manifest tat-Tfal f’isem ADPD. Kandidati oħra tal-partit, Mina Tolu, Sandra Gauci u Dr Melissa Bagley ingħaqdu wkoll ma’ Cacopardo u Mallia.

Cacopardo tenna li huwa ta’ privileġġ li jkunu parteċipi f’din l-inizjattiva fejn it-tfal huma l-protagonisti attivi.  Dan il-ġest għandu jibqa’ jfakkarna fil-missjoni tal-politika bħala espressjoni ta’ qadi lejn l-iktar vulnerabbli u dawk li l-inqas għandhom vuċi.

“Dan il-manifest huwa sabiħ mhux biss permezz tal-punti li tqajjmu imma anke permezz tal-proċess li bih dawn il-punti tfasslu.  Is-sens ta’ ħidma kollettiva li tiffoka fuq il-ġid komuni li tinstab f’dan il-manifest hija sors ta’ ispirazzjoni. Daqstant ieħor huwa ta’ ispirazzjoni l-ħelsien tal-ħsieb u l-kreattività tal-ideat li permezz tagħhom nistgħu nistħajlu dinja aħjar.  Ifakkruna wkoll fil-bżonn ta’ politika inklussiva li ma tħalli lil ħadd barra.”

Cacopardo kompla jgħid li it-tfal jibqgħu ifakkruna fil-bżonn li l-politika ma tħarisx biss sa mneħirha bi skadenzi qsar u konvenjenti imma tħares lejn il-ġid tal-ġenerazzjonijiet li għadhom ġejjin. It-tfal għandhom dritt għal dinja li hija aħjar min dik li sibna aħna, temm tgħid Cacopardo.

F’isem l-ADPD iżżik ħajr lill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tat-tfal kif ukoll il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà li servew ta’ spalla biex il-leħen tat-tfal jasal għandna.

FacebookEmail