ADPD calls on government to rescue 500 people in distress

ADPD calls on the government to rescue the circa 500 people currently in distress in Malta’s search and rescue zone, and on EU to support member states on the borders. 

Carmel Cacopardo, ADPD Chairperson says, “we have an obligation to help people in distress at sea. Responsibility is on us to avoid another tragedy, like the ones that keep happening week after week. Ten years after the Lampedusa tragedy, we should avoid another of the same magnitude. Government should show a greater commitment to combat the indifference that has turned the sea around us into a cemetery.”

Mina Jack Tolu, ADPD EP Candidate comments, “this is an emergency, and emergencies require urgent response. Malta must not let people die at sea.”

They added, “we know the excuses, the messages from Italy’s government, the EPP and others. They treat people in distress as pawns in a broader political game, dehumanising them. Yes it is far time for a European response to support the member states, like Malta, that are located as the first point of entry of migration routes into Europe. That is the kind of politics that unfortunately is taking years, and discussions on safe and legal pathways into Europe are mainly avoided and stalled by the conservative majorities across Europe.”

***

ADPD titlob lil Gvern biex isalva 500 ruh fil-periklu fuq il-baħar

ADPD titlob lil Gvern biex isalva il-madwar 500 ruh li jisabu fil-periklu fiż-żona ta’ salvataġġ u tfittxija fl-ibħra Maltin, u isejjaħ lil UE biex tgħin stati membri li jinsabu fuq il-fruntieri.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD  Carmel Cacopardo qal li “għandna l-obbligu li ngħinu lil min ikun f’periklu fuq il-baħar. Huwa dmirna li nevita xi traġedja oħra, bħalma jseħħu ġimgħa wara l-oħra. Jeħtieġ impenn ikbar da parti tal-Gvern Malti biex tingħeleb l-indifferenza li ttrasformat il-baħar ta’ madwarna f’ċimiterju.”

Il-kandidat għal Parlament Ewropew tal-ADPD Mina Jack Tolu qalu li “din hija emerġenza li tirrekkjedi azzjoni immedjata. Malta m’għandiex tħalli lil min jgħereq.”

Mina komplew jgħidu, “l-iskużi nafuhom sew, kemm min-naħa tal-Gvern Taljan, kemm min-naħa tal-Partit Popolari Ewropew u oħrajn. Jikkunsidraw lil nies fil-periklu bħala pedini f’logħba politika li ma tikkunsidrahomx bħala bnedmin. Ilu ukoll li għadda ż-żmien biex jkun hemm rispons Ewropew biex jgħin lil stati membri bħal Malta li huma l-ewwel punt tad-dħul għal rotot ta’ l-immigranti fl-Ewropa. Din hija t-tip ta’ politika li sfortunatament qegħda tieħu is-snin, u id-diskussjonijiet dwar passaġġ sigur u legali lejn l-Ewropa huma evitati u miżmuma lura primarjament mill-forzi konservattivi fl-Ewropa.”

FacebookEmail