AD tiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-kampanja ‘Releaf’

Rappreżentanti tal-kampanja Releaf iddiskutew il-liġijiet dwar id-droga u l-kannabis ma’ rappreżentanti ta’ AD u ippreżentaw il-position paper tagħhom lic-Chairperson ta’ AD, Carmel Cacopardo.

AD uriet l-appoġġ tagħha lejn il-kawża tar-regolamentazzjoni tal-kannabis. AD tipproponi li min juża drogi qawwija għandu jitqies bħala persuna bi problema medika u soċjali u mhux kriminal u fil-każ tal-kannabis li din tkun legali għal użu personali.

Iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo qal:”Aħna għandna pożizzjoni ċara. Inħossu li wasal iż-żmien li Malta tieħu l-pass li jmiss fil-politika tad-droga – li ssir politika b’wiċċ uman u mhux waħda ta’ ripressjoni. Il-mudell Portugiz fil-qasam tad-droga irnexxa. Wasal iz-zmien li nitghallmu minn din l-esperjenza.”

FacebookEmail