A law on reproductive health based on common sense and empathy 

Today, ADPD-The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo and Deputy Chairperson Sandra Gauci were among those who joined the protest in Valletta to call for laws based on common sense, empathy in issues of reproductive health, in the light of the traumatic saga of an American woman who is not receiving the necessary treatment due to outdated abortion laws.

ADPD-The Green Party insists that abortion is sometimes necessary to protect a woman’s health and therapeutic abotion should be accepted without further delay, in clear language and in black on white by Maltese law, to prevent outdated practices and dangerous situations. All this was underlined in the ADPD – The Green Party Electoral Manifesto for last March’s election.

Most people accept abortion when it is necessary to protect a woman’s life. It is the duty of doctors to provide the best care to ensure a woman’s physical and mental health. It is clear that Maltese law is being used as an excuse to endanger women’s health at the state hospital.

It is unacceptable that in the year 2022 the state, Parliament, and ultimately doctors still refuse to do what is accepted all over the world to safeguard women’s health, risking patients’ health and lives, due to a fundamentalist attitude, without any empathy and sensitivity whatsoever.

***

Nitolbu liġi dwar is-saħħa riproduttiva ibbażata fuq s-sens komun u l-empatija

Illum iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party, Carmel Cacopardo u d-Deputat Chairperson Sandra Gauci, kienu fost dawk li ngħaqdu mal-protesta fil-Belt Valletta biex jitolbu għal liġijiet ibbażati fuq is-sens komun, l-empatija u t-tħaris tas-saħħa riproduttiva, fid-dawl tas-saga trawmatika ta’ mara Amerikana li mhux qed tingħata l-kura meħtieġa minħabba liġijiet antikwati dwar l-abort. 

ADPD-The Green Party bla tlaqliq jinsisti li l-abort biex tkun protetta s-saħħa tal-mara huwa neċessarju u għandu jkun aċċettat bla iktar dewmien, iswed fuq l-abjad mil-liġi Maltija. Dan kollu ġie sottolinejat fil-Manifest Elettorali ta’ ADPD fl-elezzjoni ta’ Marzu li għadda. 

Il-parti l-kbira tan-nies taċċetta l-abort meta dan hu meħtieġ biex iħares il-ħajja tal-mara. Huwa dmir tat-tobba li jipprovdu l-aħjar kura biex is-saħħa fiżika u mentali tal-mara tkun iggarantita. Huwa ċar li l-liġi Maltija qed tintuża bħala paraventu biex is-saħħa tan-nisa tithalla fil-periklu fl-isptar tal-istat.

Huwa inaċċettabbli li fis-sena 2022 l-istat, il-Parlament, u fl-aħħar mill-aħħar it-tobba jirrifjutaw illi jagħmlu dak li huwa aċċettat mad-dinja kollha: iġifieri illi ma jħallux nisa f’riskju għal saħħithom u għal ħajjithom minħabba attitudni fundamentalista, bla ebda empatija u sensittivita.

FacebookEmail