Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci għall-ħabta tan-nofs siegħa vvotat fl-Iskola Primarja Qawra, Kulleġġ Maria Reġina. Gauci, li hija wkoll kandidata fuq is-6 u t-12-il distrett kienet akkumpanjata minn Luke Caruana, uffiċċjal tal-partit u kandidat fuq distretti 12 u 13.
Gauci ħeġġet lin-nies jipparteċipaw fil-proċess demokratiku biex isemmgħu leħinhom.

