ADPD jitlob id-dritt għall-vot fl-Ambaxxati għaċ-ċittadini Maltin

ADPD-The Green Party jinsisti li ċittadini Maltin li jgħixu barra minn Malta għandu jkollhom id-dritt jivvotaw mill-ambaxxati Maltin. Dan huwa l-inqas li jista’ jsir.

Il-kandidat ta’ ADPD għat-12 u t-13-il distrett, Luke Caruana, emfasizza n-nuqqasijiet tas-sistema attwali: “Ġiet elezzjoni ġenerali oħra u qed nerġgħu nisimgħu rapporti ta’ ċittadini Maltin li jgħixu barra jiffaċċjaw diffikultajiet kbar biex jibbukkjaw titjiriet biex jirritornaw Malta biss biex jivvotaw.”

F’perjodu ta’ inċertezza ekonomika globali, il-prattika li l-gvern jissussidja dawn it-titjiriet bil-flus tal-kontribwenti hija irresponsabbli. Minflok, Malta għandha tadotta l-prattika standard ta’ l-istati kollha ċivilizzati u demokratiċi tal-UE, billi tipprovdi lil kull ċittadin Malti l-għażla li jivvota fl-eqreb ambaxxata Maltija jew anke permezz ta’ mezzi elettroniċi. Dan huwa dritt demokratiku fundamentali li għandu jkun garantit għal kull ċittadin Malti.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party u kandidat fuq is-6 u t-12-il disrtett, Sandra Gauci, emfasizzat l-importanza tal-aċċessibilità għad-dritt tal-vot: “Id-dritt tal-vot taċ-ċittadini Maltin barra minn Malta għandhom jiġu assigurati permezz tal-aktar metodi konvenjenti u aċċessibbli, konsistenti ma’ demokraziji avvanzati. Huwa assurd li l-gvern jibqa’ jippersisti bi proċeduri ta’ votazzjoni antikwati li joħolqu pressjoni bla bżonn fuq l-aċċess għat-titjiriet matul staġun fejn hemm domanda kbira għal postijiet fuq ir-rotot lejn Malta.”

***

ADPD Demands Voting Rights at Embassies for Maltese Citizens Abroad

ADPD-The Green Party strongly advocates for the right of Maltese citizens residing overseas to cast their votes in national elections at Maltese embassies. This is the bare minimum that can be done.

ADPD candidate for districts 12 and 13, Luke Caruana, highlighted the current system’s failings: “During yet another general election, we are once again hearing reports of Maltese citizens living abroad facing significant difficulties in booking flights to return to Malta just to vote.”

In a period of global economic uncertainty, the government’s continued practice of subsidising these flights with taxpayers’ money is irresponsible. Instead, Malta should adopt the standard practice of all civil and democratic EU states, providing every Maltese citizen with the option to vote at their nearest Maltese embassy or via electronic means. This is a fundamental democratic right that must be guaranteed for all Maltese citizens.

ADPD-The Green Party Chairperson, and candidate on districts 6 and 12, Sandra Gauci, stressed the importance of accessible voting methods: “The voting rights of all Maltese citizens abroad must be secured through the most convenient and accessible methods available, consistent with advanced democracies. It is preposterous that the government persists with antiquated voting procedures that place an unnecessary strain on flight capacity during peak season.”

FacebookEmail