ADPD-The Green Party u Momentum ikkonkludew diskussjonijiet biex jikkoperaw fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Dan il-ftehim isegwi numru ta’ laqgħat bejn rappreżentanti taż-żewġ partiti fejn kien konkluż li kull wieħed mill-partiti iżomm l-identità tiegħu. Hemm biżżejjed ħsibijiet u ideat komuni li a bażi tagħhom jista’ jkun hemm kollaborazzjoni.
L-iskop ta’ dan kollu hu biex flimkien insaħħu l-leħen u l-effettività tat-tielet partit.
L-eżerċizzju li qed isir hu ħidma kkoordinata biex:
- Nikkoordinaw liema kandidati joħorgu fuq liema distretti, u
- Biex nagħtu messaġġ ċar lill-elettorat biex jagħmel użu tajjeb mit-trasferibilità tal-vot billi jagħtu l-ewwel preferenzi tagħhom lill-kandidati tal-partit preferut tagħhom u jkomplu fuq il-bqija tal-kandidati kemm mill-ADPD kif ukoll minn Momentum, biex b’hekk jimmassimizzaw il-valur tal-vot tagħhom.

