Huwa evidenti li għall-Prim Ministru Robert Abela l-etika fil-politika, fit-tmexxija u l-governanza tajba ma jiswew għal xejn. Quddiem każijiet ta’ mġiba ħażina, nuqqas ta’ korretezza u nuqqas ta’ etika ta’ Rosianne Cutajar, Edward Scicluna u issa anke ta’ Chris Cardona, l-Prim Ministru xorta għadu jħoss li għandu juża ħatriet pubbliċi bħala rigal lil dawn il-persuni. Il-pożizzjoni ta’ konsulenza fil-Ministeru għall-Edukazzjoni għal Chris Cardona hija l-aħħar minn sensiela ta’ ħatriet li qed jintużaw, minflok fl-interess tal-pajjiż, fl-interess tal-Partit Laburista. Intesa dak li sar ħażin, bħal li kieku qatt ma sar, u għall-Prim Ministru donnu xejn m’hu xejn.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet li l-messaġġ li qiegħed jagħti l-Prim Ministru hu wieħed perikoluż ħafna għax mhux talli kollox jgħaddi imma qisu qatt ma kien xejn. Jekk hu lest jreġġa’ lura fi ħdan il-partit tiegħu nies b’passat maħmuġ ma jfissirx li għandu jippremjahom b’pożizzjonijiet pubbliċi importanti b’pagi fenomenali li jitħallsu minn fondi pubblici. Il-partit mod u l-istat ieħor. Li kull darba jinqeda bil-kaxxa ta’ Malta biex ipaxxi xi nagħġa mitlufa mill-partit tiegħu biex jifdiha li ma jmurx jitlef il-kontroll fuqha saret prassi normali. Abela qatt ma rnexxielu jagħmel differenza bejn partit u gvern u ta’ dan qed inħallsu aħna mit-taxxi tagħna.
Hija ironika li xi ħadd bil-passat ta Cardona jintbagħat fis-settur tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. Il-prijoritajiet ta’ dan il-ministeru ta’ taħt fuq meta tara li l-letturi tal-MCAST għadhom ma ngħatawx iż-żieda mistħoqqa. Meta tara li l-iskejjel speċjali se jagħlqu u minflok is-settur se jingħata lill-privat. Meta tara l-ferneżija biex jinstabu għalliema u LSEs biex ikopru l-postijiet vakanti kollha, tant li xi letturi tal-MCAST intalbu jmorru sekondarja u LSEs ta’ special schools imorru mainstream, biex il-privat jimpjega bil-kundizzjonijiet li jidhirlu hu.
***
Good governance is not a priority for Robert Abela
It is evident that for Prime Minister Robert Abela, ethics in politics, leadership, and good governance is worthless. Confronted with violations of social, political and political norms, as in the case of Rosianne Cutajar, Edward Scicluna and now Chris Cardona, the Prime Minister still feels that he must use public appointments as a means to reward such people. The consultancy post in the Ministry of Education given to Chris Cardona is the latest in a series of appointments that, rather than being used in the interest of the country, are done in the interest of the Labour Party. Bad behaviour is now forgotten as if nothing has happened.
ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci said that the message that the Prime Minister is giving is very dangerous, whereby any behaviour is permissible and easily forgotten as if it never occurred. If he is ready to bring such people back to the party fold, it does not mean that he should reward them with important positions in the public service with an extremely generous pay package drawn from public funds. The party and the state are supposed to be separate entities. Using public funds to placate lost sheep from the party fold has become the norm. Abela is unable to make a distinction between party and state.
It is ironic that somebody with Cardona’s past is sent to the education and youth ministry. The ministry has got its priorities all wrong in spite of many pending issues. Take the MCAST lecturers who are awaiting to be paid their arrears, the special schools on the brink of closure to be passed on to private interests, and the scramble for teachers and LSEs to fill in vacancies. The situation is so bad that MCAST lecturers are being asked to teach in secondary schools, and LSEs at special schools have been sent to mainstream schools. In the meantime the private sector taking over state special schools is free to recruit employees under their own conditions.

