Magħna taf fejn int – Elezzjoni 2013
Se ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja s-Sibt,19 ta’ Jannar 2013 fl-10am fl-Osborne Hotel, Triq Nofsinhar, Valletta.
L-aġenda hija:
1. Preżentazzjoni u approvazzjoni tal-kandidati
2. Preżentazzjoni u approvazzjoni tal-manifest
3. Diskors fl-għeluq miċ-Chairperson tal-partit
Il-pożizzjonijiet ta’ AD huma magħrufa sew u l-manifest jirrijafferma l-politika tal-partit f’aktar dettall. Nieħu gost narak għal din il-laqgħa ferm importanti nhar is-Sibt.
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali