ADPD-The Green Party has noted with interest the private member’s Bill on entrenching environmental rights in the Constitution presented by PN MP Darren Carabott.
While this is a step in the right direction, it comes rather late for the PN to speak in this way, after having been instrumental in laying the foundations for the environmental havoc we are experiencing today — an effort that has since been relentlessly continued by Labour in government.
It is pertinent to underline that ADPD-The Green Party has already presented similar proposals in the past.
ADPD-The Green Party Deputy Chairperson Carmel Cacopardo stated that rather than introducing new articles in the Constitution, the focus should be on reinforcing Article 9 of the Constitution, which already establishes the environmental duties of the Maltese State. What is needed is to ensure that this article can be effectively implemented.
This is specifically one of the proposals that the Greens have submitted to the Constitutional Convention, and it is also a proposal that has been repeatedly included in our electoral manifestos.
We hope that this debate will serve its purpose, and that those who have now converted to defending the environment are doing so out of genuine conviction and not political opportunism.
***
L-Ambjent u l-Kostituzzjoni
ADPD-The Green Party jinnota b’interess l-abbozz ta’ liġi ippreżentat mill-Membru Parlamentari tal-PN Darren Carabott dwar l-introduzzjoni ta’ drittijiet ambjentali fil-Kostituzzjoni.
Filwaqt li dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba, nosservaw li hu ftit tard biex il-PN jitkellem b’dan il-mod wara li kien strumentali biex hejja l-pedamenti għall-ħsara ambjentali konsiderevoli li qed ngħixu fiha illum. Sforz li tkompla b’entużjażmu għal aktar ħsara mill-Partit Laburista fil-Gvern.
Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo qal li iktar milli nintroduċu artikli ġodda fil-Kostituzzjoni, l-isforz kellu jkun biex jissaħħaħ l-artiklu 9 tal-Kostituzzjoni li diġà jeżisti u jistabilixxi l-obbligi ambjentali tal-istat Malti. Dan flimkien ma’ miżuri biex ikun assigurat li dan ikun jista’ jiġi effettivament implimentat.
Din hi speċifikament waħda mill-proposti li ADPD-The Green Party ippreżenta lill-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Proposta li repetutament ippreżentajna wkoll fil-manifest elettorali għal diversi elezzjonijiet ġenerali.
Nawguraw li d-dibattitu jservi ta’ ġid b’mod li min issa ikkonverta favur ħidma ambjentali, jagħmel dan b’impenn u mhux għall-konvenjenza u opportuniżmu politiku.