Huwa inkonċepibbli kif fis-sena 2025 tinqata’ il-provvista tad-dawl riżultat ta’ ‘żball’ ta’kuntrattur. Dan qalu il-kelliem u kandidat ta’ ADPD-The Green Party għal Marsaskala b’riferenza għall-qtugħ għal
siegħat sħaħ fil-parti il-kbira tal-lokalità.
“Dan ġab inkonvenjenzi kbar b’riskji għal diversi residenti speċjalment dawk vulnerabbli, kif ukoll it-telfien ta’ negozju sostanzjali għall-istabbilimenti fil-lokalità f’dak li normalment, għalihom hu l-aktar żmien li jirrendi.”
“Minkejja l-ftaħir u propaganda mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, jidher li l-Enemalta li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha lanqas hija kapaċi tagħmel superviżjoni adegwata tal-kuntratturi tagħha stess.” Brian Decelis qal li għandu jingħata kumpens finanzjarju b’mod awtomatiku u immedjat lil dawk kollha milquta.
“Huwa b’dan il-mod li qegħdin nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lir-residenti u kif nattiraw aktar turisti ta’ kwalità?”, temm jistaqsi Decelis.

