Għadu kif tħabbar fl-istampa li Giorgia Meloni, Prim Ministru tal-Italja żammet lill-Istati Uniti milli tagħmel użu mill-bażi militari ta’ Sigonella fi Sqallija bħala parti mill-ħidma Amerikana fil-gwerra fl-Iran. Sewwa għamlet.
Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo qal:
Ikun interessanti jekk il-Gvern Malti jinfurmana jekk ġiex avviċinat mill-Gvern Amerikan għall-istess skop u x’kienet ir-reazzjoni tiegħu.
Għandna d-dritt li nkunu nafu. U l-Gvern għandu l-obbligu li jinfurmawna.
Bħal Spanja, l-Italja qed tiddistakka ruħha mill-gwerra illegali li l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Iżrael bdew fil-Lvant Nofsani, din id-darba fl-Iran. Malta m’għandhiex tħalli l-ispazju tal-ajru tagħha jintuża għall-gwerra.

