L-assedju tax-Xemxija m’hemmx li jieqaf

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party, kif ukoll kunsilliera f’San Pawl il-Baħar Sandra Gauci tenniet li qed isir wisq żvilupp selvaġġ u bla kontroll ma’ Malta u Għawdex. Wieħed fost l-aktar eżempji riċenti huwa żvilupp ieħor propost fix-Xemxija. L-assalt fuq ix-Xemxija ilu għaddej is-snin, u qisu m’hemmx li jieqaf.

“Ir-residenti tax-Xemxija waslu f’punt li jgħixu mwerwra li jaraw xi binja oħra tiela’ mal-ħafna li hemm ippjanati kif ukoll ma dak li diġà huwa għaddej b’detriment għal saħħithom, il-kwalità tal-hajja u t-traffiku. Meta tara applikazzjoni għal 10 vilel fuq ODZ (PA5607/25) f’żona li diġà hemm sens ta soffokament fiha, tara kemm l-ippjanar huwa bla hsieb. Anzi li mhux vera hemm ippjanar imma biss għoti ta’ permessi bl-addoċċ fl-interessi ta’ min huwa b’saħħtu. Ovvja wkoll li l-ODZ, bħalma xbajna ngħidu, huwa titlu inutli li ma jiswa xejn. Ir-residenti tax-Xemxija qegħdin taħt assedju, li minflok bl-armi qiegħed isir bil-krejnijiet u l-jackhammer.”

FacebookEmail