Fi stqarrija ċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet li mhux aċċettabbli li entitajiet pubbliċi jżommu informazzjoni fl-interess pubbliku mistura. Irreferiet għat-tniġġis tal-baħar mill-irziezet tat-tonn fis-sajf li għadu kif għadda.
Sandra Gauci qalet:”Wara li bħala Kunsilliera f’San Pawl il-Baħar tlabt f’isem il-Kunsill, li ningħataw ir-rapport ta’ monitoraġġ li sar fuq l-irziezet tat-tonn fl-14 ta’ Awwissu, l-ERA qaltli li dawn ir-rapporti huma materja interna u mhumiex għall-pubbliku. Jekk entitajiet pubblici jibqgħu jaħbu min-nies stess, inkluż mill-Kunsilli Lokali, ir-riżultat tax-xogħol li suppost qegħdin jagħmlu, qed jgħidulna b’mod mill-iktar ċar li dan il-monitoraġġ mhux ta’ min jafdah. Mhux kredibbli jekk verament qed isir. Nippretendu bħala ċittadini trasparenza dwar dak li qed isir speċjalment meta l-effetti tal-abbużi qed ibatuhom iċ-ċittadini li fl-aqwa tas-sajf spiċċaw l-anqas jistgħu jgħumu.”
“L-aġir tal-ERA jixhed ukoll in-nuqqas kbir ta’ rispett u nuqqas kbir ta’ koperazzjoni li jiffaċċjaw il-Kunsilli Lokali fix-xogħol tagħhom minn entitajiet tal-gvern. L-oppost ta’ kif għandhom ikunu l-affarijiet f’demokrazija żviluppata.”
***
ERA keeps tuna farm reports hidden
ADPD-The Green Party Chairperson Sandra Gauci said in a statement that it is not acceptable for public entities to keep information in the public interest hidden. She referred to sea pollution from tuna farms this summer.
Sandra Gauci said: “When, as a St Pauls Bay local councillor, I requested on behalf of the Council that we be given the monitoring report carried out on the tuna farms on 14 August, ERA told me that these reports are an internal matter and not for public consumption. If public entities keep hide from the public, including from Local Councils, the result of the work they are supposed to do, they are telling us very clearly that this monitoring is not trustworthy. It raises the suspicion that they are not credible. As citizens transparency we demand transparency, especially when the effects of abuses are being suffered by citizens who could not even swim this summer.”
“ERA’s attitude also testifies to the great lack of respect and cooperation faced by Local Councils in their work by government entities. This is the opposite is how things should be in a supposedly developed democracy.”
