Appoġġ għall-inizjattiva ta’ DLĦ dwar Forti Tigne

Sandra Gauci Chairperson ta’ ADPD-The Green Party u l-kelliem u uffiċċjal Mark Zerafa esprimew l-appoġġ tal-partit għall-inizjattiva ta’ Din l-Art Ħelwa dwar Forti Tigne.

Il-wirt storiku jappartjeni lilna lkoll u lill-ġenerazzjonijiet ta’ għada. It-traċċi tal-imgħoddi jfakkruna f’min aħna u fl-istorja ta’ ġensna. L-istorja u l-identità tagħna m’għandhomx prezz u m’għandhomx ikunu għall-bejgħ. ADPD-The Green Party jesprimi sodisfazzjon u jagħti appoġġ lill-inizjattiva ta’ Din l-Art Ħelwa sabiex takkwista l-Forti Tigne u b’hekk, l-istorja li sawritna tingħata l-protezzjoni, il-ġieħ u d-dinjità li jistħoqqilha.

Aqra aktar hawn:

FacebookEmail